WIRJA DWAR ĠORĠ PISANI F’GĦELUQ IL-MITT SENA MINN TWELIDU
PR0546
30/03/2009
| Wirja ta’ manuskritti, kotba, | ritratti u tifkiriet tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani qed tinżamm fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex. |
| Din il-wirja qed tittella’ | fl-okkażjoni ta’ għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Ġorġ Pisani. Pisani twieled fir-Rabat Għawdex nhar is-6 ta’Mejju 1909. |
| Waqt il-ftuħ tal-wirja, | il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono sellmet lil Ġorġ Pisani għall-kontribut tiegħu bħala poeta, bħala għalliem u bħala patriott. Hija qalet li ebda persuna tal-ġenerazzjonijiet preżenti m’hi sinonima ma’ Għawdex u dak kollu li huwa Għawdxi daqs Ġorġ Pisani. Hija qalet li għalkemm tmien snin ilu twaqqaf monument f’ġieħu fir-Rabat, madanakollu l-poeżiji u l-kitbiet tiegħu huma l-monument ħaj tiegħu li għadhom jagħtu pjaċir u jgħallmu lil kull min jaqrahom. |
| Il-Ministru Debono semmiet | ir-rwol ta’ Ġorġ Pisani bħala uffiċjal fid-Dipartiment tal-Informazzjoni u r-rwol tiegħu fi żmien il-gwerra, partikolarment fil-famuża ġabra tal-qamħ li permezz tagħha Malta baqgħet soda kontra l-għadu. Ġorġ Pisani kien ukoll għalliem tal-Malti fil-Liċeo ta’ Għawdex għal bosta snin. |
| Fost l-oġġetti għall-wiri | hemm korrispondenza ma’ persunaġġi prominenti fil-qasam tal-lingwa u letteratura Maltija, kif ukoll ta’ awtoritajiet ekklesjastiċi u ċivili li lkoll jixhdu r-rispett li Pisani kien igawdi għax-xogħol li wettaq. |
| Fis-sena 1992 Ġorġ Pisani ġie | mogħti l-Medalja għall-Qadi tar-Repubblika b’rikonoxximent għax-xogħol u l-kontribut tiegħu favur Malta u Għawdex. |
| Il-wirja tkun miftuħa | mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30am sa’ l-4.30pm u nhar ta’ Sibt mid-9.00am sa nofsinhar. |
DOI - 30.03.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984