IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JIPPRESEDI FUQ ĠEMELLAĠĠ BEJN IL-QALA U MARSASKALA
PR0545
30/03/2009
| F’diskors waqt ċerimonja ta’ iffirmar ta’ ftehim | ta’ ġemellaġġ bejn il-lokalitajiet tal-Qala u Marsaskala, l-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, faħħar l-inizjattiva taż-żewġ Kunsilli Lokali li qed tinkoraġġixxi għarfien akbar dwar lokalitajiet f’pajjiżna stess, f’dan il-każ bejn iż-żewġ gżejjer. |
| L-esperjenza ta’ tlettax-il sena ta’ ġemellaġġi | minn Kunsilli Lokali Maltin u Għawdxin, ġeneralment ma’ pajjiżi oħrajn, uriet li l-kunċett ta’ ġemellaġġi hu importanti fl-iżvilupp tal-lokalità peress li dawn l-esperjenzi jgħinu fil-qsim ta’ kulturi u drawwiet. |
| Permezz ta’ din il-koperazzjoni jitkabbar | l-għarfien dwar id-drawwiet taż-żewġ lokalitajiet u kif ukoll jiġu żviluppati ħbiberiji u koperazzjoni bejn lokalitajiet minn pajjiżi differenti. |
| Issa qed jiżdiedu wkoll il-ġemellaġġi f’Malta | stess u dan ta’ min jinkoraġġih, għax kull ġemellaġġ għandu jwassal sabiex ikun hemm ħbiberija, koperazzjoni jew assoċjazzjoni bejn ir-residenti tal-lokalitajiet, sostna s-Segretarju Parlamentari. |
| Qabel sar dan il-ġemellaġġ gew | identifikati diversi aspetti komuni bejn iż-żewġ lokalitajiet li jiġġustifikaw rabta eqreb f’forma ta’ ġemellaġġ reċiproku. Il-ġemellaġġ ikopri aspetti amministrattivi, soċjali, kulturali, ambjentali, reliġjużi u sportivi. |
| Chris Said stqarr li s-suċċess u l-mod kif qed | jevolvi l-ġemellaġġ bejn il-Qala u Marsaskala hu dovut għas-similaritajiet bejn iż-żewġ lokalitajiet. Infatti l-ftehim ta’ ko-operazzjonihuwa bbażat fuq numru ta’ aspetti komuni. |
| Fost l-oħrajn iż-żewġ lokalitajiet jinsabu viċin | il-baħar, liema element naturali affettwa sew l-iżvilupp storiku u soċjali taż-żewġ komunitajiet. Hemm ukoll similaritajiet kulturali prinċipalment permezz tal-festi ad unur ta’ San Ġużepp u Sant’Anna, il-baned u interessi oħra soċjali, kulturali u sportivi. |
| Hemm ukoll il-fenomenu komuni ta’ numru | sostanzjali ta’ residenti barranin li joqogħdu fil-lokalitajiet rispettivi u l-mod t’integrazzjoni tagħhom fil-ħajja mal-bqija tal-komunita’. Aspetti oħra komuni fuq bażi aktar mifruxa minn dik lokali huma dak ta’ kliem djalettiku u karatteristiċi soċjali oħra inġenerali. |
| Is-Sindku tal-Qala, is-Sur Paul Buttiġieġ, qal | li dan il-ġemellaġġ irid iservi sabiex ir-residenti taż-żewġ komunitajiet jigu involuti u integrati b’mod sħiħ, għalhekk il-motto magħżul tal-ġemellaġġ hu – “Mill-Poplu għall-Poplu, b’Rispett, Paċi u Ħbiberija”. |
| Messaġġ ieħor li ried joħroġ minn dan | il-ġemellaġġ hu l-fatt li ż-żewġ Kunsilli Lokali huma mmexxija minn maġġoranzi li jħaddnu twemmin politiku differenti. Paul Buttiġieġ saħaq li dan il-ġemellaġġ irid imur lil hinn mill-konfini taż-żewġ lokalitajiet u dan sabiex iwassal messaġġ posittiv li fil-Kunsilli Lokali ma hemmx lok għal politika partiġjana, imma hemm biss spazju għal min irid jaħdem viċin il-poplu, mal-poplu u għall-ġid komuni taż-żewġ lokalitajiet. |
| Tkellem ukoll is-Sindku ta’ M’Scala s-Sur Mario | Calleja, dwar ir-rwol li għandhom jieħdu ż-żewġ Kunsilli Lokali sabiex dan il-ġemellaġġ ikun ‘mill-poplu għall-poplu’. Hu qal li dan il-ġemellaġġ jista’ jirnexxi biss jekk ikun hemm ħidma kontinwa, ko-ordinata u b’għan waħdieni – il-ġid komuni tar-residenti. Dan jista’ jseħħ bl-introduzzjoni ta’ diversi ġemelllaġġi żgħar li jolqtu kull settur u kull għaqda tal-Qala u M’Skala. |
| Il-programm taċ-ċerimonja li saret fil-Qala | nkluda siltiet mużikali mill-kantant Walter Micallef u kantanti u mużiċisti oħrajn miż-żewġ lokalitajiet rispettivi, filmati awdjoviżivi dwar 15-il sena ta’ ħidma miż-żewġ Kunsilli Lokali u żfin mill-grupp folkloristiku Menħir mill-Qala. |
DOI – 30.03.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984