Left arrow Mur Lura

Proġett ieħor ta’ tisbiħ fuq promenade

PR0543
Date Icon 29/03/2009
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruraliflimkien mal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA) minn nhar l-Erbgħa l-ewwel t’April 2009 se jibdew xogħlijiet ta’ tisbiħ tul il-promenade fi Triq Dragonara ġewwa Paceville. Ix-xogħlijiet se jinkludu fost l-oħrajn it-tqegħid mill-ġdid ta’ servizzi taħt il-bankina u twessiegħ tal-istess bankina biex tiżdiet il-parti pedonali ta’ dan il-promenade ferm frekwentat f’din iż-żona turistika.
B’konsultazzjoni mal-Awtorita’ ta’ Malta dwarit-Transport (ADT) wara li dawn għamlu l-istudji dwar l-immaniġġjar tat-traffiku u ltqaqgħu mal-istakeholders ta’ din iż-żona, minn nhar l-Erbgħa se tiġi mplimentata sistema ġdida ta’ kif jgħaddi t-traffiku minn din it-triq.
Dan huwa proġett ieħor mill-Ministerugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali biex inkomplu nsebbħu diversi żoni residenzjali kif ukoll turistiċi f’pajjiżna. Dan il-proġett huwa mistenni li jkun lest qabel l-istaġun tas-Sajf.

DOI - 29.03.09

Encl. DRAGONARA ROAD TRAFFIC SCHEME-MLTs.jpg

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow