Left arrow Mur Lura

Il-Ministru għal Għawdex tinawgura faċilitajiet edukattivi f’Kerċem

PR0541
Date Icon 27/03/2009
L-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdexinawgurat faċilitajiet ġodda biex jintużaw bħala taqsima għall-klassijiet tal-kindergarten ġewwa l-iskola primarja ta’ Kerċem. Din it-taqsima ġiet mibnija mill-ħaddiema tas-sezzjoni tal-manutenzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer service tal-Ministeru għal Għawdex. Din it-taqsima kkordinat ukoll ix-xogħol ta’ rifinitura u tagħmir li sar wara, li sewa investiment ta’ €17,000.
Il-faċilitajiet li ġew inawgurati fl-iskolaprimarja ta’ Kerċem jinkludi spazju riservat għat-tfal li jattendu l-kindergarten f’din l-iskola. Il-kmamar ġew mgħamra b’faċilitajiet relatati għal-logħob u attivitajiet marbuta mas-servizzi mogħtija f’dan ir-rigward. L-ambjent ġie msebbaħ permezz ta’ pittura mal-ħitan kif ukoll koordinazzjoni u abbinamenti ta’ kuluri li joffru ambjent pjaċevoli u sigurta’.
Dinl-attivita’ ġiet organizzata fl-okkażjoni tal-jum ta’ ċelebrazzjoni fejn il-Kap tal-iskola, is-sinjorina M’Anne Schembri, akkumpanjat lill-Ministru Giovanna Debono waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni u programm imtella’ għall-okkażjoni mill-istudenti tal-istess skola.

DOI – 26.03.2008

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow