Left arrow Mur Lura

Għawdex jipparteċipa fl-inizjattiva tal-Earth Hour 2009

PR0539
Date Icon 27/03/2009
Id-dwal taċ-Ċittadella fir-Rabat Għawdex u dawkli jilluminaw il-bini tal-Banca Giuratale, se jintfew għal siegħa nhar is-Sibt filgħaxija biex ankè l-gżira ta’ Għawdex tingħaqad ma’ aktar minn 74 pajjiż u territorju minn madwar id-dinja biex tipparteċipa fl-inizjattiva simbolika tal-Earth Hour 2009.
Il-Ministeru għal Għawdex qed jingħaqad f’dinl-inizjattiva li hija maħsuba biex toħloq kuxjenza dwar l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent dinji. Fl-istess waqt iħeġġeġ biex il-poplu Għawdxi wkoll jikkontribwixxi kemm simbolikament permezz ta’ din l-inizjattiva u wisq aktar bl-adozzjoni ta’ prattiċi favur l-ambjent matul is-sena kollha.
Għalhekk għada s-Sibt 28 ta’ Marzu, bejn it-8.30p.m. u d-9.30 p.m. se jintfew id-dwal taċ-Ċittadella u dawk tal-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex.

Iktar informazzjoni dwar din l-inizjattiva tista’ tinkiseb mis-sit  www.earthhour.org.

DOI – 26.03.2008

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow