IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR JASON AZZOPARDI JIĠI PPREŻENTAT B’RAPPORT DWAR L-ISTIPENDJI U L-FINANZJAMENT TAL-EDUKAZZJONI GĦOLJA F’PAJJIŻNA
PR0538
27/03/2009
| Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru | tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment l-Onor Jason Azzopardi illum ġie ippreżentat mill-president tal-għaqda universitarja Studenti Demokristjani Maltin b’rapport li jiġbor fih survey fost l-istudenti kif ukoll osservazzjonijiet tal-għaqda, dwar l-istipendji u l-finanzjament tal-Edukazzjoni Għolja f’pajjiżna. Dan sar bħala parti minn sensiela ta’ attivitajiet bi preparazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Studenti Universitarji l-ġimgha d-dieħla. |
| Fil-kummenti tiegħu Dr Azzopardi tenna illi | l-Gvern dejjem emmen illi l-fondi fl-Universita’, huma investiment fil-futur ta’ pajjiżna. Huwa tenna li l-Gvern jemmen illi l-istipendji iridu jinżammu, għax kull ċenteżmu li jintnefaq f’dan is-settur, huwa ċenteżmu minfuq tajjeb. |
| Dr | Azzopardi qal illi l-Gvern għandu track record, li jixhed twemmin fil-valur tal-edukazzjoni. Dan jixhdu l-importanza li l-Gvern jagħti ‘l edukazzjoni anke fil-Viżjoni 2015. |
DOI – 26.03.2008
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984