Left arrow Mur Lura

ŻJARA FUQ IX-XOGĦLIJIET FIĊ-ĊENTRU ĊIVIKU TA’ KERĊEM

PR0537
Date Icon 27/03/2009
“Il-kunċett ta’Ċentru Ċiviku jiġbor fih l-ideali li għandu jirrapreżenta u l-għanijiet li għandu jfittex li jilħaq Gvern Lokali. Kunsill Lokali, jew Gvern Lokali, għandu dejjem ifittex li jilħaq l-aspetattiva tar-residenti u jara li jtejjeb il-kwalita` tal-ħajja tagħhom. Biex jagħmel dan irid ikollu min fejn jopera tajjeb, b’mod effiċjenti u li jilħaq `il kulħadd.”  Dan qalu Dr Chris Said, fi żjara li għamel fuq xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Ċentru Ċiviku mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem.  Iċ-ċentru mistenni jitlesta matul is-sena d-dieħla u fih se jinkorpora l-uffiċini tal-Kunsill Lokali, uffiċċju tal-Posta, l-Għassa tal-Pulizija, Klinika u Librerija.
Iċ-Ċentru qedjinbena fuq art li ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali Kerċem mill-Gvern.
Chris Said irreferagħall-mod ta’ kif fi żmien relattivament qasir ta’ 15-il sena, ir-rwol tal-Kunsilli Lokali inbidel u r-responsabilitajiet żdiedu. Huwa qal li ladarba r-responsabilitajiet żdiedu, is-servizzi li jagħtu żdiedu wkoll, u dan jagħmel il-post minn fejn jopera l-Kunsill Lokali aktar importanti.
Ir-riforma tal-Kunsilli Lokali setkompli twassal għal żieda fir-responsabilitajiet. Chris Said stqarr li l-viżjoni tiegħu u tal-Gvern hi li l-Kunsilli Lokali jsiru ‘one-stop shop’ għar-residenti. Għalhekk huwa importanti ħafna li ma nibqgħux nitkellmu fuq uffiċċju amministrattiv ta’ Kunsill Lokali iżda nħarsu lejn il-kunċett ta’ Ċentru Ċiviku.
Is-Sindku ta’Kercem, is-Sur Joe Grima stqarr illi l-bini ta' Ċentru Ċiviku f'Kercem kienet waħda mill-akbar xewqat tal-Kunsill Lokali f'dawn l-aħħar snin.  Illum qegħdin ngħixu fi żmien fejn iċ-ċittadin qed jitlob li jkollu l-aħjar servizzi. B'dan il-proġett il-Kunsill Lokali ser ikun qed jipprovdi l-aqwa infrastruttura li tgħin biex ir-residenti ta' Kercem jingħataw l-aħjar servizz.
F’post wieħed sejkunu miġbura l-amministrazzjoni tal-lokalita`, l-amministrazzjoni tal-liġi, is-servizz tas-saħħa u servizz ta’ edukazzjoni permezz tal-librerija.
B’dan iċ-ĊentruĊiviku il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem qed jagħti eżempju ta’ x’inhi d-direzzjoni li għandhom jieħdu Kunsilli Lokali oħra għax qed jidħol f’aspetti li minn Kunsill Lokali jagħmluh tassew Gvern Lokali.
Is-SegretarjuParlamentari għamel referenza għal 3 punti li huma importanti fil-ħidma tal-Kunsilli Lokali favur ir-residenti.
1)L-Aċċessibilita` għal kulħadd.  F’dan il-proġett ittieħdet deċiżjoni li s-servizzi bażiċi għar-residenti jkunu kollha fl-ewwel sular. Il-Gvern jemmen bis-sħiħ f’dan il-kunċett u ’l quddiem ser ikun qed iniedi skema biex l-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali kollha jkunu aċċessibbli għal kulħadd.
2)Il-Gvern jisħaq li l-Kunsilli Lokali jaħdmu aktar fil-qrib mal-għaqdiet tal-lokalita`. Il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem ħadem mat-tmexxija tal-Banda San Girgor sabiex il-Każin tal-istess Banda u ċ-Ċentru Ċiviku jkollhom faċċata komuni.  Ħidma bħal din mhux biss twassal għal uniformita` u estetika isbaħ iżda wkoll għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi.
3)Il-Kunsilli Lokali għandhom jinvestu fi proġetti li jħaddnu l-kunċett ta’ użu effiċjenti tal-energija. Il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem huwa wieħed mill-applikanti għall-Iskema ta’ Użu Effiċjenti tal-Enerġija u l-kunċett se jiġi nkorporat fil-proġett.
Is-SegretarjuParlamenari awgura lill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem u lill-entitajiet oħra li se jużaw dan iċ-Ċentru biex jagħmlu l-aħjar użu minn dan il-bini sabiex tintlaħaq il-milja tiegħu. Il-Gvern Lokali u l-Gvern Ċentrali flimkien iridu jaraw li jilħqu l-aspettattiva tar-residenti, tittejjeb il-kwalita` tal-ħajja u flimkien nilħqu l-Viżjoni 2015 b’lokalitajiet sostenibbli.

DOI – 26.03.2008

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow