Left arrow Mur Lura

FESTA TAT-TIĠIEĠ U BAJD F’ĦAD DINGLI

PR0535
Date Icon 27/03/2009
Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Ruraliser jorganizza attività oħra minn kalendarju ta’ attivitajiet li tħejja biex jippromwovi l-prodott agrikolu lokali.  L-attività li jmiss ser tkun Festa tat-Tiġieġ u Bajd li ser issir f’Misraħ Ġuże Abela f’Ħad Dingli (ma’ ġenb il-Knisja Parrokkjali) nhar il-Ħadd 29 ta’ Marzu 2009 mill-11 ta’ filgħodu ‘l quddiem.
Dinl-attività hija intiża għall-familja kollha u tinkludi stands tal-ikel bit-tiġieġ, bejgħ ta’ prodotti friski, wirja tat-tiġieġ, dimostrazzjonijiet u tisjir minn studenti tal-ITS, kompetizzjonijiet tat-tisjir u varjetà għall-familja kollha.  Din l-attività qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli u mal-Kampanja Tree For You (34U).
Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn ukulħadd huwa mistieden jattendi.

DOI – 26.03.2008

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow