Left arrow Mur Lura

IL-MEUSAC JIDDISKUTI INIZJATTIVI TAL-UE GĦAL ĦILIET ĠODDA U IMPJIEGI AĦJAR

PR0534
Date Icon 27/03/2009

Illum, 27 ta’  Marzu, saret is-seba’ laqgħa tal-Core Group tal-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC).

Għad-diskussjoni fuq l-Aġenda tal-laqgħa kien hemm il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ħiliet ġodda u impjiegi aħjar.[1]

Is-SinjorinaKirsten Miller, uffiċjal fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCHE), tat preżentazzjoni dwar din il-Komunikazzjoni.
L-UE hija mħassbhadwar it-tkabbir u l-produttività fit-tul, dwar l-impjiegi u l-kapaċità li dawn jaddattaw mal-bidla, l-ugwaljanza tas-sessi u l-koeżjoni soċjali.  Qasma sostanzjali teżisti bejn il-kapaċitajiet li huma meħtieġa minn organizzazzjoni u dawk tan-nies impjegati mal-organizzazzjoni, minħabba raġunijiet varji li l-istituzzjonijiet edukattivi mhumiex qegħdin jindirrizzaw.
Il-Kummissjoni qedtbassar madwar 100 miljun impjieg ġdid fl-UE-25 bejn l-2006 u l-2020.  F’ Malta jridu jinħolqu 77,500 impjieg biex tintlaħaq il-mira tal-Kummissjoni.
Fost il-punti litqajjmu waqt id-diskussjoni kien hemm:

•           l-iżvilupp ta’ impjiegi favur l-ambjent,

•           il-bżonn ta’ gwida għall-karrieri f’ eta żgħira,

•           l-isfida biex jiżdiedu l-ħiliet ta’ dawk li għandhom livell baxx ta’ edukazzjoni biex jissieħbu ma’  dawk li għandhom livell medju. F’Malta 41% tal-popolazzjoni żgħażugħa għandha livell baxx ta’ edukazzjoni meta mqabbel man-numru ta’ dawk li għandhom livell ta’ edukazzjoni ogħla,

•           l-idea li impjiegi fil-qasam vokazzjonali huma inqas attraenti u l-bżonn ta’ iktar inċentivi biex jimmotivaw dawn it-tip ta’ impjiegi,

•           il-bżonn ta’ iktar investiment f’pajjiżna fl-edukazzjoni fil-livell post-sekondarju u terzjarju: il-livell ta’ investiment kurrenti huwa ta’ 1.7% tal-PGD, waqt li l-UE qed tipproponi li dan għandu jitla’ għal 3% tal-PGD,

•           projezzjonijiet preċiżi fir-rigward tal-mobilità tal-impjiegi.

Affarijiet oħra

Il-Membri tal-CoreGroup ġew ippreżentati b’rapport dwar l-elezzjoni tat-tliet rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. S’issa ġie elett is-Sur Benjamin Rizzo.  Żewġ membri oħra se jkunu eletti fil-ġimgħat li ġejjin.
Politika aġġornata dwar il-Fond għas-SoċjetàĊivili ġiet ippreżentata lill-membri li qablu ma  dak li qed jiġi propost.  Għall-ewwel darba dan il-Fond se jinkludi assistenza lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-ko-finanzjament ta’ proġetti taħt programmi ta’ fondi tal-UE.  Fl-istess waqt il-Fond se jibqa’ jassisti lil dawn l-organizzazzjonijiet fil-parteċipazzjoni tagħhom fi ħdan gruppi, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet Ewropej.
Preżenti għal-laqgħa tal-Core Group kienhemm: is-Segretarju Parlamentari Dott. Chris Said (Chairperson), Dott. Vanni Xuereb (Kap tal-MEUSAC), is-Sur Julian Micallef (Segretarju), Dott. Gabriella Pace (Kap tal-Informazzjoni – MEUSAC), is-Sinjura Helen D’ Amato, Dott. Josette Grech, is-Sur Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Arthur Rossi (CMTU), is-Sur Joe Grech (GBC), is-Sur Tony Zarb (GWU), is-Sur Jesmond Bonello (UĦM), Dott. Paul De Battista (MEA), Dott. Luciano Busuttil (PL), is-Sur Benjamin Rizzo (rappreżentant tas-soċjetà ċivili), kif ukoll sostituti u membri tal-istaff tal-MEUSAC.
Il-laqgħa li jmiss tal-Core Group se ssirnhar il-Ġimgħa 24 ta’ April, 2009.



[1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda.  L-antiċipazzjoni u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. KUMM (2008) 868 finali.

DOI – 26.03.2008

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow