STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN
PR0531
27/03/2009
| Il-forum shopping m’għadux | jeżisti fil-Qrati |
| Il-Ministeru tal-Gustizzja u | l-Intern jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni, Dr Jose Herrera fis-26 ta’ Marzu. |
| Il-Ministeru ifakkar li permezz | ta’ tibdil illi seħħ fil-Kodiċi tal-Organizazzjoni u Proċedura Ċivili fis-sena 2008, it-tqassim ta’ dmirijiet b’mod generali bejn l-Imħallfin isir esklussivament mill-Prim Imħallef, kif stabbilit fl-artikolu 11 (3) tal-istess Kodiċi tal-Organizazzjoni u Procedura Ċivili. Dan sar sabiex tiġi assikurata u protetta l-indipendenza tal-Gudikatura minn kwalsiasi organu ġuridiku ieħor, fosthom fejn jidħol it-tqassim tal-kawżi bejn l-Imħallfin. |
| Għalhekk, kull allegazzjoni | magħmulha mill-Oppożizzjoni illi l-Gvern huwa, b’xi mod jew ieħor, involut fit-tqassim tad-dmirijiet bejn l-Imħallfin, hija totalment infondata u skorretta. |
| Irid jingħad li l-liġi tat dawn | il-poteri bil-għan li jsir tqassim aħjar u organizzat tal-kawżi li jidħlu fil-qorti. Għalhekk abbażi tal-esperjenza pożittiva ta’ qorti speċjalizzata, bħal dik tal-familja, numru ta’ ġudikanti ġew assenjati kawżi b’suġġetti speċifiċi. Fit-tqassim tal-kawżi għalhekk ikun hemm numru ta’ materji legali li jkunu ġew f’idejn ġudikant wieħed jew numru. Fil-fatt hemm maġistrat li ġie assenjat il-kawżi tal-libelli kollha (u għalhekk ma kienx hemm forum shopping għax huwa uniku) u t-tieni li l-kawżi kostituzzjoni qed jitqassmu fuq numru ta’ imħallfin u hemm erbgħa li m’għandhom minn dawn għax ġew assenjati kawżi oħrajn. |
| L-esperjenza f’dawn is-snin uriet | li din is-sistema qed iżżid fl-effiċjenza tal-kawżi u għalhekk tnaqqas id-dewmien. Għalhekk tali prattika li bil-liġi qed tippermetti li tiġi amministrata mill-Ġudikatura qed tħalli r-riżultati u għalhekk ikun żball jekk tinbidel. |
| Għandu jingħad illi l-Ministeru | tal-Ġustizzja u l-Intern għandu fiduċja assoluta fil-mod kif il-Prim Imħallef jiġestixxi it-tqassim tad-dmirijiet bejn l-Imħallfin u jemmen li dana qiegħed isir dejjem fl-aħjar interess tal-Ġustizzja. |
DOI – 26.03.2008
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984