Left arrow Mur Lura

SITTAX-IL GĦAQDA JIBBENEFIKAW MID-DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR0530
Date Icon 27/03/2009
Il-President u s-Sinjura Fenech Adami dalgħoduppreżentaw diversi donazzjonijiet f’isem il-Malta Community Chest Fund lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti. Id-donazzjonijiet jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod, tagħmir speċjalizzat u white goods li jammontaw għas-somma ta’ €30,145.
Is-sittax assoċjazzjoni u istituti li bbenefikawminn dawn id-donazzjonijiet huma:

Ċikrolu San Ġwann Bosco

CasaLeone
DarĦanin Samaritan
Id-Dartal-Providenza

Dominican Sisters

Fatima House

Franciscan Sisters

Franciscan Sisters of the Sacred Heart

Għaqda Żgħażagħ Diżabilita’

Jesus of Nazareth Home

Little Sisters of the Poor

Salesjani – Dar Osanna Pia

Sorijiet Frangiskani

St Dominic Clinic

YMCA

Arka Respite Centre

Il-President u s-Sinjura Fenech Adamirringrazzjaw lill-poplu Malti tal-ġenerożita` tiegħu u tal-fiduċja li dejjem wera fil-Malta Community Chest Fund illi saret istituzzjoni kbira fil-pajjiż li ttaffi t-tbatija ta’ ħafna u hija sors ta’ tama mhux biss għal assoċjazzonijiet iżda wkoll diversi individwi fil-bżonn.  Il-President Fenech Adami qal illi permezz tal-fond tul il-Presidenza tiegħu ra aktar kemm hi kbira qalb il-Poplu Malti, li għandu karatteristiċi magħġunin fuq valuri Kristjani u ta’ solidarjetà ma’ dawk fil-bżonn.
Il-President Fenech Adami awgura l-MaltaCommunity Chest Fund u l-volontarji fi ħdan il-fond, għal iktar ħidma fejjieda.
Dalgħodu fil-Palazz il-Belt, il-President us-Sinjura Fenech Adami kienu wkoll preżenti meta tfal minn diversi istituti ngħataw Bajd tal-Għid waqt waħda mill-attivitajiet li torganizza l-Malta Community Chest Fund fi żmien il-Għid.

DOI – 26.03.2008

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow