Left arrow Go Back

L-ONOR. JASON AZZOPARDI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET JIFTAĦ IS-SITT EDIZZJONI TAL-WIRJA ANNWALI TAL-MALTA SOCIETY OF MODEL MAKERS

PR0528
Date Icon 26/03/2009
Is-SegretarjuParlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, l-Onor Jason Azzopardi, illum fetaħ is-sitt edizzjoni tal-wirja annwali tal-Malta Society of Model Makers ġewwa l-Istitut Kattoliku fil-Floriana.  Huwa qal li s-sostenn tal-Gvern lill-għaqdiet volontarji permezz ta’ għajnuna konkreta jikkonferma kemm il-Gvern jemmen f’dawn l-għaqdiet illi jikkontribwixxu b’mod tant importanti lill-komunita’.
Dr Azzopardi qalilli fl-aħħar sena il-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Artijiet għadda numru sabiħ ta’ proprjetajiet u artijiet tal-Gvern jew pubbliċi lil Għaqdiet, NGOs, Kunsilli Lokali u oħrajn, f’ġest ta’ sostenn lil dawn l-elementi tant importanti tas-soċjeta’. Huwa saħaq illi l-Gvern qed jimxi b’politika ta’ devoluzzjoni, għax jemmen illi il-proprjeta’ għandha tiġi użata fil-potenzjali wiegħsa tagħha. Dr Azzopardi semma kif it-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn għadda għand il-Fondazzjoni Wirt Artna biex issa jinbidel f’mużew għat-tgawdija tal-pubbliku; żewg medded art fil-Wied tar-Rinella li għaddew għand il-Fondazzjoni Ginesta illi qed jiġu kkonservati għal finijiet ta’ Agroturiżmu; kif ukoll bosta proprjeta’ li għaddiet lil Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex.  Dan is-sostenn huwa ppjanat illi jkompli jitqawwa u jitkabbar fil-ġimgħat li ġejjin.
Is-Segretarju Parlamentari faħħar l-inizzjattivatal-Malta Society of Model Makers għall-ħidma li tagħmel fost il-membri tagħha, biex tippromwovi id-delizzju tal-mudelli.  Huwa qal illi huma okkażjonijiet bħal din il-wirja li jippermettu lill-pubbliku jammira id-dedikazzjoni u l-bravura ta’ dawn il-membri; u forsi anke tħajjar membri tal-pubbliku illi jiskopru talenti moħbija.
DrAzzopardi qal illi huma għaqdiet bħall-Malta Society of Model Makers illi jikkontribwixxu b’mod tant ħaj għall-fibbra soċjali tal-komunita’.

Fil-Wirja il-pubbliku jista’ jara madwar 400 mudell ta’ vapuri militari, xwieni antiki, dgħajjes tal-qlugħ, minjaturi ta’ għamara antika, ajruplani u oħrajn.  Il-mudelli kollha huma fuq skala preċiża.  Iktar informazzjoni dwar l-Għaqda u l-Wirja tinsab fuq il-website tal-Malta Society of Model Makers: www.maltamodellers.org

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow