Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – IX-XATT TA’ LASCARIS – VALLETTA – 26.03.2009

PR0521
Date Icon 26/03/2009
Trasport fil-Port il-Kbirpermezz ta’ water taxis u laneċ, u Lift vertikali mix-xatt għall-qalba tal-Belt Valletta.
Minn wara l-gwerra, forsi sas-sittinijiet diniz-zona tal-Belt kienet miżgħuda b’attivita ta’ kummerċ u ġarr ta’ passiġġieri. Kien żmien meta kien hawn ħafna bastimenti tal-gwerra b’baħrin jittellgħu u jinżlu sal-Belt.
Fost din l-attività l-mezz ta’ trasport bejndawn il-portijiet kienu l-laneċ, kemm dawk żgħar u kbar, li kienu jwasslu n-nies bejn il-Portijiet ta’ Marsamxett u l-Port l-Kbir u mill-Kottonera sal-Belt.
Din l-attività waqfet hekk kif il-bastimenti mabaqgħux jiġu u l-karozza privata ħadet post bħala l-mod ta’ trasport l-iktar preferut u popolari.
Hekk kif ħadt ir-responsabilità tat-trasportjien bdejt ir-riforma fit-trasport pubbliku. Fl-ewwel dokument għall-konsultazzjoni li ppublikajna fl-Lulju ta 2008 aħna identifikajna t-trasport bil-baħar bħala mezz alternattiv ta’ trasport speċjalment bejn il-portijiet prinċipali ta’ Malta. Huwa identifikat bħala mezz ta’ trasport li sejjer jikkontribwixxi biex aħna nilħqu l-modal shift mill-karozza privata għal mezz ta’ trasport pubbliku.
Il-Gvern huwa kommess li jisfrutta r-riżorsinaturali ta’ Malta bħala gżira marittima billi nutilizzaw il-baħar mhux biss għall-għawm iżda bħala mezz ta’ trasport u mezz ta’ kummerċ.
It-trasport intern fil-Port l-Kbirjikkumplimenta wkoll il-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-Port l-Kbir u l-madwar. Dawn il-mezzi se jkollhom iktar rwol importanti hekk kif żoni oħra madwar il-Port jiġu żviluppati.
Il-mezz tat-trasport huwa permezz ta’ WaterTaxi u l-Laneċ . Il-prinċipji li fuqhom hija mibnija din il-politika huma :

-               Servizz ta’ trasport pubbliku effiċjenti li jiġi offrut bi prezz baxx

-               Mezzi ta’ Sigurtà tal-ogħla livelli

-               Operazzjoni regolata li titlob operaturi responsabbli li joperaw f’ambjent
            kompetittiv

-               Servizz li jilħaq l-għan tal-Gvern biex isir l-modal shift mill-karrozzi privati

-               Integrazzjoni ma’ mezzi ta’ trasport pubbliku tal-art.  

Mhux biss, għalxejn ikollok it-trasport bejn il-bliet tal-Port il-Kbir u m’hemmx aċċess mill-Port għaċ-ċentru tal-Belt. Għalhekk ridna li norbtu t-trasport tal-lift ma dak tal-laneċ u l-water taxis biex b’hekk issir veru mod alternattiv u għaqli ta’ trasport pubbliku.

Lift Vertikali tal-Barrakka

Imiss r-raba’ proġett mill-viżjoni tal-Gverngħall-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett.
Il-proġett ta’ Lift tal-Barrakka żgur li nisselnostaġija fost il-Beltin u l-eluf ta’ Maltin li kienu jagħmlu użu minnu fis-snin l-mogħdija. Dan il-lift inbena fil-1905 minn Messrs. Macartney Elroy u beda jintuża f’Diċembru ta’ dik is-sena.   Sfortunatament, il-lift ma baqax sostenibbli u fil-1974 għadda lura għand il-Gvern, u fil-1983 ġie żarmat.
Fil-perjodu minn meta nbena sal-bidu tat-tienigwerra dinjija, dan il-lift kellu patrunaġġ tajjeb. Iżda wara l-gwerra, il-qagħda soċjali u politika f’Malta kellhom effett qawwi fuq l-operat u s-sostenibilità ta’ dan il-lift.  L-attività minn Navy Ingliża bdiet tonqos u servizz tat-traġitt (ferry) bejn il-Kottonera u Belt twaqqaf, għax aktar nies bdew jużaw il-karrozzi tal-linja kif ukoll karozzi privati.
Illum qed naraw żieda qawwija ta’ bastimenti lijżuru l-Port il-Kbir, mhux basimenti tal-gwerra iżda Cruise Liners lussużi (għalkemm hemm numru ta’ bastimenti ta’ diversi Navys li jżuruna wkoll). Il-biċċa l-kbira minn dawn il-passiġġieri jżuru l-Belt Valletta permezz tat-taxis, karozzini, tal-linja u wħud anki jimxu. Kien ilu jinħass il-ħtieġa li jerġa’ jkun hemm konnessjoni vertikali mix-Xatt għall-qalba tal-Belt, tant li kien hemm diversi tentattivi kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat, biex dan iseħħ.
Fil-1998 saret applikazzjoni mal-MEPA għal liftvertikali mill-komunità kummerċjali tal-Belt, propju fil-istess post fejn kien hemm il-lift tal-Barrakka, iżda dan il-proġett qatt ma nbeda peress li kien għadu kif ġie varat il-proġett ‘Connections’.
F’2003, il-konsorzju VISET għamel applikazzjonimal-MEPA għal Cable Car mit-Terminal tax-Xatt, għal Park & Ride għal Pjazza Kastilja, iżda din l-applikazzjoni ma ġietx milqugħa.
F’2004, il-Gvern ħareġ tender għal binita’ Lift Vertikali, iżda ma kien hemm l-ebda sottomissjoni. Dan minħabba li l-applikazzjoni għal Cable Car tal-VISET kienet għada qed tiġi kkunsidrata u għalhekk kien diffiċli li ssib investitur ‘jikkompeti’ mal-proġett l-ieħor.
F’2006, il-Capital Projects Cabinet Committeeapprova li jinħareġ tender ieħor għal konessjoni vertikali u kien hemm żewġ sottomissjonijiet. F’2007, il-Gvern beda jinnegozja ma’ wieħed mill-konsorzja, wara li l-ieħor ġie skwalifikat.  Il-proġett kien fih parking area fil-Foss ta’ taħt Bieb il-Belt (Landfront Ditch) u lift għal Bieb il-Belt, finikular mix-Xatt ta’ Lascaris għal ħdejn il-bini tal-NSO (Cypher Building) u lift vertikali mal-pont ta’ Triq Gilormu Cassar. F’din l-aħħar leġislatura, il-proġett waqa taħt ir-responabilità tal-Ministeru tiegħi u jien mal-ewwel tajt struzzjonijiet biex jiġi evalwat dan il-proġett.  Irriżulta li wara ftit xhur tħabbar il-Proġett ta’ Bieb il-Belt u għaldaqstant kellu jitneħħa l-parti tal-Parking ta’ dan il-proġett li kien parti kruċjali għal vijabiltà tal-proġett u wara ftit it-tender ġie rtirat mill-Gvern.
Il-Gvern issa ddeċieda li jagħmel dan il-proġettminn fondi pubbliċi, l-investiment li huwa stmat li jlaħaq €2 miljun (€1.5 miljun għall-bini tal-Lift u €0.5 miljun għal tisbiħ u pavimentar tal-pjazza, t-twaqqigħ tal-bini tal-NSO u r-rijabilitazzjoni tal-passaġġ)  .  Il-pjan hu li sa l-aħħar ta’ April il-GHRC tagħmel applikazzjoni mal-MEPA u t-tenders għal dawn ix-xogħlijiet jinħarġu sal-aħħar ta’ din is-sena.
Meta jitlesta l-lift l-aċċessibilità għal Beltser titjieb bil-kbir.  Wieħed irid jara dan il-proġett fid-dawl tar-riforma tat-Trasport Pubbliku li għaddej bħalissa u diversi proġetti oħrajn, fosthom:

·               Xogħlijiet fuq il-moll ta’ Barriera Wharf, biex jkun jista’ jilqa’ fih Cruise Liners;

·                Xogħlijiet fuq Boiler Wharf, l-Isla li ser jibda jilqa’ fih Cruise Liners mis- sajf li ġej;

·                Il-proġett ta’ Sant Iermu;

·                Is-servizz ġdid ta’ tragit (ferries) bejn it-Tlitt Ibliet u l-Belt Valletta kif  ukoll servizz ta’ Water
             Taxis. Il-quddiem jista’ jkun hemm servizz minn SmartCity ukoll.

·                Xogħlijiet oħrajn li ser isiru fuq il-Cruise Liner Terminal biex jilqa’ fih aktar Cruise Liners.

Dawn il-proġetti flimkien ser iġibu żiedaqawwija fin-numru tat-turisti kif ukoll Maltin li jagħmlu użu mill-ferries, fin-naħa tax-Xatt li jkollhom bżonn ta’ aċċess għal qalba tal-Belt.  Il-lift tal-Barrakka ser ikun mezz komdu u effiċjenti biex dawn in-nies jaċċessaw il-Belt.
L-għan prinċipali ta’ dawn il-proġetti hu litkompli r-riġenerazzjoni tal-Belt u bis-saħħa ta’ dawn il-proġetti u oħrajn li għaddejjin, il-Belt Valletta tingħata l-ħajja minn Bieb il-Belt sa Sant Iermu, kif ukoll id-dawra tax-Xatt.
Il-Gvern qed jimxi bil-għaqal u qed jinvestif’mument fejn id-dinja għaddejja minn kriżi finazjarja u t-turiżmu hu baxx. Dan l-investiment ikun żgur ta’ benefiċċju għat-turist u għall-familja Maltija.
...pr0521a.ppt...pr0521b.pdf

DOI - 26.03.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow