Left arrow Mur Lura

MALTA TIPPARTEĊIPA FL-INIZJATTIVA SIMBOLIKA EARTH HOUR

PR0518
Date Icon 26/03/2009
Malta se tingħaqad ma’ ’l fuq minn 74 pajjizu territorju minn madwar id-dinja fl-inizjattiva Earth Hour 2009 li ser issir nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu 2009.
Din l-inizjattiva għandha l-għan simboliku ligħal siegħa waħda, mit-8.30pm sad-9.30pm kulħadd jagħmel sforz favur il-klima u jitfi d-dwal.
Din hija inizjattiva maħsuba biex toħloqgħarfien u twassal messaġġ, filwaqt li tagħti eżempju ta’ inizjattivi li jistgħu jsiru favur l-ambjent. Il-Gvern jappella lil kulħadd sabiex jagħmel il-parti tiegħu u nhar is-Sibt li ġej jipparteċipa mal-bqija tad-dinja.
Il-Gvern se jimxi bl-eżempju u nhar is-Sibtli ġej matul dik is-siegħa se jintfew id-dwal tal-Akwadott f’Sta Venera, Bieb il-Bombi u l-Monument tal-Gwerra fil-Floriana.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow