IL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI JSEJJAĦ LIL DAWK KOLLHA LI GĦANDHOM RIĊERKA LOKALI JEW JIXTIEQU JIDDISKUTU L-KOABITAZZJONI F’MALTA
Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jixtieq isejjaħ lil dawk kollha li għamlu riċerka lokali jew jixtiequ jiddiskutu l-koabitazzjoni. Barra minn hekk, f’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kumitat irid jesplora x’possibiltajiet legali jistgħu jeżistu sabiex id-drittijiet ċivili tal-persuni involuti f’koabitazzjoni jiġu regolarizzati. Il-Kumitat irid janalizza kull soluzzjoni li tiddefendi d-dinjità tal-persuni f’relazzjoni ta’ koabitazzjoni u li twassal biex jiġu mħarsa l-persuni f’koabitazzjoni minn kwalunkwe sfruttament u abbuż.
Dawk interessati għandhom jiktbu lill-President tal-Kumitat l-Onor Edwin Vassallo fuq edwin.vassallo@gov.mt b’kopja lis-Sur James Carabott, Research Analyst fuq james.carabott@gov.mt. Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali lest li jiltaqa’ ma’ riċerkaturi, persuni li għamlu xi studju l-Università, persuni individwali u li qed jesperjenzaw il-koabitazzjoni, u għaqdiet, sabiex jorganizza magħhom laqgħat fil-futur u jintefa’ aktar dawl fuq is-suġġett.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984