Left arrow Mur Lura

L-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, JINDIRIZZA L-PARTEĊIPANTI TAT-TIENI KORS TA’ CARE ASSISTANTS

PR0514
Date Icon 25/03/2009
“Fi żminijiet meta n-nies qedjgħixu aktar, bl-irġiel jgħixu medja ta’ 77 sena u n-nisa medja ta’ 82 sena, id-domanda għal nies mħarrġa biex jieħdu ħsieb l-anzjani qed dejjem tikber.” Dan qalu llum wara nofshinar Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, meta ta bidu għal kors ieħor ta’ Care Assistants fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Dan huwa t-tieni kors li qed jiġi organizzat f’dawn l-aħħar sitt xhur u din hija waħda mill-ewwel inizjattivi li dan is-Segretarjat ħa matul din l-ewwel sena ta’ ħidma.
Waqtli ndirizza lill-65 parteċipant, li għal dawn l-erba’ xhur li ġejjin se jkunu qed isegwu tagħlim teoretiku u prattiku, Mario Galea stqarr kemm hu importanti x-xogħol li jwettqu l-care assistants. Żied jgħid li f’Malta bħal fil-bqija tal-Ewropa hawn nuqqas ta’ nurses. Il-care assistants mhumiex nurses iżda jaħdmu taħt is-superviżjoni tan-nurses u jagħmlu ċertu xogħol li m’hemmx għalfejn jagħmluh in-nurses.
Huwastmat li n-numru ta’ nies ’l fuq minn 65 sena jilħaq in-numru ta’ 77,000 fis-sena 2015 u saħansitra fl-2050 in-numru ta’ anzjani ser jammonta għal 25% tal-popolazzjoni. Bħalissa fir-Residenza ta’ San Vinċenz hemm ’l fuq minn 1000 resident li fosthom madwar 22%  huma totalment indipendenti. Ir-rata tal-imwiet f’din ir-Residenza naqset b’7% f’dawn l-aħħar tmien snin. Dan fih innifsu huwa posittiv għax ifisser suċċess għal-livell ta’ kura pprovduta, iżda joffri wkoll sfidi. Mario Galea tenna jgħid li rridu nkomplu nkabbru l-kapaċita’ residenzjali għall-anzjani; fil-fatt id-domanda hija għal 150 sodda aktar fis-sena.
Filwaqt li awgura li l-parteċipanti kollhajtemmu l-kors b’suċċess, is-Segretarju Parlamentari wissihom biex fil-qadi ta’ dmirijiethom bħala carers tal-pazjenti, għandhom jassumu r-rwol ċentrali u jridu jkunu huma l-carers li jagħmlu differenza fil-kwalita’ ta’ ħajja tal-pazjenti. Dan ikun il-veru suċċess tax-xogħol tagħhom.

DOI – 25.03.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow