JITLESTA R-RESTAWR TAL-KAPPELLA TAS-SALVATUR FIL-KALKARA
PR0513
25/03/2009
| Dalgħodu l-Ministru Pullicino żar | il-kappella tas-Salvatur fil-Kalkara, f’liema kappella sar xogħol estensiv, kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa. |
| Il-kappella eżistenti nbniet minn | Fra Giovanni Bichi fuq disinn ta' Lorenzo Gafa’ fl-1651, wara li l-kappella oriġinali kienet iġġarrfet fl-Assedju l-Kbir. Il-kappella hi mibnija b’sitt iġnub jew ħitan li huma bejn wieħed u ieħor ndaqs fit-tul. Il-koppla qiegħda sserraħ fuq dawn is-sitt ignub. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li l-kappella li għandha 'l fuq minn 300 sena kienet fi stat ħażin ħafna minn barra. Ir-restawr ta' din il-kappella kien ta' natura speċjalizzata ħafna. Din il-kappella kellha wieħed mill-agħar każi ta' tmermir fil-ġebla Maltija. Dan kollu kien qed iwassal għad-dħul tal-ilma li kien qed jikkawża ħafna ħsara. Kellhom isiru diversi xogħlijiet kemm fuq barra u kif ukoll fuq gewwa, biex il-knisja setgħet terġa’ tieħu d-dehra sabieħa li reġa’ għandha issa. Wara li l-wiċċ tal-ġebla u l-fili tnaddfu sew, sar il-bdil tal-ġebel li kien l-aktar fi stat ħażin. Il-faċċata tnaddfet u ħadet kulur uniformi dawramejt. Biex x-xogħol fuq barra jkun komplut kellha tinqala’ l-bankina għolja tal-konkrit li kien hemm madwar il-kappella u minflokha jitqiegħed paviment tal-qawwi. Ġiet installata wkoll sistema ġdida tad-dawl. |
| Il-Ministru | Pullicino spjega li biex il-knisja tas-Salvatur li ġiet irrestawrata minn barra setgħet tintuża, kellu bilfors isir restawr fuq gewwa. Għalhekk ittieħdet id-deciżjoni li l-intern tal-kappella jinbarax u jitħalla fuq il-fil. Fuq in-naħa tax-xellug tal-altar hemm skultura sabiħa tal-franka ta’ Fra Bichi li kien in-neputi tal-Papa Alessandru VII. Jingħad li fl-1676, Fra Bichi miet bil-pesta u ndifen f’din il-kappella. |
| F’din il-kapella | sar ukoll ir-restawr tal-altar li hu wkoll kollu kemm hu tal-franka. Dan tnaddaf sew u kkumplimenta ix-xogħlijiet li saru. Il-Ministru Pullicino qal li dawn ix-xogħlijiet huma ta’ priorita’ għal Ministeru tant li f’din l-aħħar sena saru xogħlijiet fuq 7 kappelli. Huwa temm billi rringrazzja lil kull min ta s-sehem tiegħu biex seta’ jitwettaq dan il-proġett. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984