Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

PR0512
Date Icon 25/03/2009
Il-Gvern jirreferigħall-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar l-inċidenti li seħħew fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi nħar it-Tnejn 23 ta’ Marzu 2009.
Irid jingħad li kuntrarjamentgħal dak li seta’ ġie rrappurtat mill-mezzi tax-xandir, il-forzi taż-żamma tal-ordni intervjenew malli nqalgħu l-ewwel inċidenti fiċ-ċentru tad-detenzjoni. Dawn kienu fil-kontroll tas-sitwazzjoni tul il-ħin kollu. Il-persuni li ħarġu mid-dormitorji fl-ebda ħin ma ħarġu ’l barra mill-perimetru li twaqqaf madwar il-warehouse compound in kwistjoni.  Fil-fatt, tajjeb jiġi ripetut li s-sitwazzjoni kienet ġiet lura għan-normal siegħa w nofs wara li kienu nqalgħu dawn l-inċidenti.
Aktar minn hekk, dak li seħħ nharit-Tnejn jnaqqas mis-sustanza tad-diskors ta’ numru ta’ esponenti tal-Oppożizzjoni li fl-aħħar ġimgħat taw ir-riħ lill-premessa li l-forzi taż-żamma tal-ordni ta’ pajjiżna ma kienux qed ilaħħqu mal-fenomenu tal-immigrazzjoni illegali.
Il-Gvern, kif kien diġa’ qabelid-dibattitu parlamentari, ser jibqa’ impenjat li jtejjeb il-kundizzjonijiet fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, kif ukoll li jsaħħaħ ir-riżorsi umani tal-qawwiet taż-żamma tal-ordni involuti f’dan il-qasam.
Il-Gvern ifakkar li l-Ministru tal-Ġustizzja ul-Intern, b’ittra datata 18 ta’ Marzu 2009, talab lill-Kumitat tal-Kamra għall-Affarijiet Soċjali sabiex dan is-suġġett jiġi diskuss minnu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow