STUDENTI REBBIEĦA F’KOMPETIZZJONI ORGANIZZATA MILL-UNESCO CLUB
PR0511
25/03/2009
| Il-Ministru tal-Eduakzzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport, Dolores Cristina, iltaqgħet mar-rebbieħa ta’ Kompetizzjoni ta’ Kitba ta’ Ittra bit-tema “Għamel Ħabib permezz ta’ Ittra” organizzata fl-okkażjoni tal-40 Anniversarju mit-Twaqqif tal-UNESCO Club Malta. |
| Għal din il-kompetizzjoni pparteċipaw 48 | student minn diversi skejjel f’Malta u Għawdex. L-ewwel premju ntrebaħ minn Sara Schembri u t-tieni premju minn Vanessa Vella. Iż-żewġ studenti jattendu l-iskola Sekondarja tal-Bniet ta’ Santa Luċija fil-Kulleġġ San Benedittu. |
| Waqt din il-laqgħa li għaliha attendew ukoll | membri tal-UNESCO Club Malta mmexxija mis-Sur Albert Rutter, il-Ministru Cristina tkellmet dwar l-importanza tal-ħila tal-kitba li tgħin it-tfal jitgħallmu jesprimu ruħhom u f’dan il-każ anke jagħmlu ħbieb ġodda. |
| Il-Ministru Cristina filwaqt li ferħet | lir-rebbieħa u ħeġġithom biex ikomplu jiżviluppaw il-ħila tal-kitba, ippremjathom b’rigali mogħtija mill-isponsors tal-kompetizzjoni li kienu l-Maltapost u l-Forestals u offritilhom ukoll kotba ta’ tifkira. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984