Left arrow Go Back

STUDENTI MILL-JUNIOR LYCEUM TA’ SANTA VENERA REBĦU L-KOMPETIZZJONI TAS-SCIENCE WEEK

PR0510
Date Icon 25/03/2009
Ħames studenti mill-Junior Lyceumtas-Subien ta’ Santa Venera fil-Kulleġġ Marija Reġina huma r-rebbieħa ta’ kompetizzjoni li saret waqt il-Ġimgħa tax-Xjenza ta’ din is-sena li kienet organizzata mill-NSTF.
Fil-kompetizzjoni ħadu sehem timijiet minngħaxar skejjel Maltin li bejniethom ippreżentaw 30 proġett mill-aktar interessanti.
L-istudenti rebbieħa l-bieraħ kellhoml-okkażjoni jiltaqgħu mal-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina u c-Chairman tal-NSTF is-Sur Francis Stivala, flimkien mal-għalliema tagħhom u l-Kap tal-Kulleġġ, Mario Testa.
F’din il-laqgħa qasira s-Sur Stivala tkellemdwar is-sinjifikat tal-Ġimgħa tax-Xjenza organizzata mill-NSTF u l-parteċipazzjoni qawwija li ta’ kull sena qed tiġbed din il-fiera kemm mil-lat ta’ studenti kif ukoll fin-numru ta’ nies li jmorru jżuruha.
Il-grupp ta’ studenti rebbieħa flimkienmal-għalliema tagħhom, ħadu bħala premju iċ-ċans li jirrappreżentaw lil Malta fis-Science Expo tal-Belġju bejn il-11 u l-15 ta’ dan ix-xahar.
Il-Ministru Cristina tkellmet mal-istudenti dwaril-proġett li bih rebħu din il-kompetizzjoni.  Il-proġett kien jiffoka fuq l-impatt negattiv li r-Red Palm Weevil kellu fuq is-siġar tal-palm f’pajjiħna fl-aħħar xhur.
L-istudenti, Daniel Calleja, Jocelyn Daja, MarkGalea, Mark Jones u Brandon-Lee Pullicino spjegaw lill-Ministru x-xogħol u r-riċerka li għamlu fit-twettieq ta’ dan il-proġett, bl-għajnuna ta’ Ms. Judith Smith, l-għalliema tagħhom.
Il-Ministru enfasizzat l-importanza tal-Fieratax-Xjenza u l-ħtieġa li ssir aktar enfasi fuq it-tagħlim tax-xjenza, fejn il-Ministeru bħalissa qed ifassal policy apposta dwar dan is-suġġett.  Il-Ministru tat ukoll rigal ta’ tifkira lill-istudenti rebbieħa.

DOI – 25.03.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow