Left arrow Mur Lura

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR IT-TLIETA 31 TA’ MARZU, 2009

PR0509
Date Icon 25/03/2009

Il-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Ħelsien" nhar it-Tlieta , 31 ta' Marzu, 2009.

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA 

09.30 a.m.       Il-Banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja tal-Unur tifforma fi Pjazza Gavino Gulia, Bormla.

09.35 a.m.        Jibda marċ minn Pjazza Gavino Gulia, li jgħaddi via x-Xatt ta' Bormla, Triq Santa Tereża u Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu. 

09.48 a.m.        Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati 

09.51 a.m.        Wasla tal-Prim Ministru 

09.55 a.m.        Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta 

                        L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjoni l-Gwardja tal-Unur 

                        L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqiegħdu bukketti fuq il-Monument. Tindaqq il-Fanfara u jsir it-tqegħid tal-bukketti.  

                        Jindaqq l-Innu Nazzjonali           

REGATTA 

1.30 p.m.         Regatta fil-Port il-Kbir.  Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari lill-ewwel tlett opri klassifikati.  Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax-Shield lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija Open u oħra fil-Kategorija Reserves mill-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Zgħazagħ u Sport. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow