Il-ftuħ ta’ l-istaġun tal-kaċċa fuq gamiem u summien
PR0508
09/04/2009
L-istaġun tal-kaċċa fuq gamiem u summien jiftaħ għada 10 t’April u jibqa’ miftuħ sal-20 ta’ Mejju.
Matul dan il-perjodu, il-kaċċa tista’ ssir biss fuq dawn iż-żewġ għasafar u fil-postijiet biss li huma permissibli skond il-liġi.
Il-Gvern jistenna li l-kaċċaturi kollha josservaw ir-regolamenti tal-kaċċa u ebda abbuż mhu ser ikun tollerat.
Il-kaċċaturi li jabbużaw huma l-akbar għedewwa għall-kaċċaturi li jirrispettaw il-liġi u jkunu qed jipperikolaw il-futur tal-kaċċa f’Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984