PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCK TAL-GVERN
PR0503
24/03/2009
| B’referenza għall-Press Release ta’ nhar | il-Gimgħa, 20 ta’ Marzu 2009, dwar ħruġ ta’ Stock tal-Gvern, l-Accountant General javża li l-prezz ta’ l-Stock huwa kif jidher hawn taħt: |
| 3.60% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2013 (IV) | - bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.60%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.63%. |
| L-applikazzjonijiet jiftħu nhar il-Gimgħa 27 ta’ | Marzu 2009 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:: |
| (i) | fil-5.00pm l-Erbgħa, 1 ta’ April 2009, għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, |
| (ii) | f’nofsinhar il-Ġimgħa, 3 ta’ April 2009, għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant. |
Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn, u jiġi ddepożitati għand, il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provedituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu wkoll jitniżżlu minn fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Aktar tagħrif dwar l-‘istock’ jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mmt
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984