STQARRIJA MINISTERJALI MILL-PRIM MINISTRU DR LAWRENCE GONZI DWAR IL-KUNSILL EWROPEW LI NŻAMM FID-19 U 20 TA’ MARZU 2009
| Mr | Speaker, |
| Illejla nixtieq nirraporta lil din il-Kamra dwar | il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li nżamm fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, bejn id-19 u l-20 ta’ Marzu. Id-delegazzjoni li mexxejt kienet tinkludi lil Dr Tonio Borg, Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, lil Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech u lir-Rappreżentant Malti għall-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana. |
| L-aġenda ta’ dan il-Kunsill, spjegata | mill-President tal-Kunsill, il-Prim Minstru Ċek Mirek Topolanek fl-istedina tiegħu, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra, kienet: |
1. it-titjib fis-sigurta` tal-enerġija; u
2. il-qagħda ekonomika u finanzjarja, inkluż it-tħejjija għal-laqgħa tal-G20.
Il-Qagħda Ekonomika u Finanzjarja
| Bħalma kien | mistenni, il-Kunsill kien dominat mill-qagħda ekonomika u finanzjarja globali li kien hemm qbil li hija waħda “mill-aktar sfidi importanti li l-Unjoni Ewropea qatt kellha taffronta.” Il-Kapijiet tal-Gvern tal-Pajjizi Membri qbilna li flimkien u b’mod ko-ordinat, l-Unjoni Ewropea tista’ terġa’ tqiegħed fis-sod is-settur finanzjarju, tistimola l-ekonomija u tħares liċ-ċittadini. Apparti dan, il-miżuri li rridu nieħdu bħalissa m’għandhomx iwasslu biss biex noħroġu mill-kriżi iżda wkoll sabiex nqiegħdu l-pedamenti għall-ekonomija aktar soda. |
| F’dan il-kuntest, | kien hemm għarfien li s-Suq Waħdieni huwa ċentrali sabiex naffaċċjaw ir-reċessjoni ekonomika u nerġgħu naqbdu t-triq tat-tkabbir ekonomiku. Il-protezzjoniżmu jista’ jwassal għal staġnar u riċessjoni ħarxa u twila. F’dan ir-rigward, aħna nilqgħu il-firxa wiesa’ ta’ inizjattivi li hemm maħsuba mill-Kummissjoni Ewropea sabiex issaħħaħ il-konsumaturi u sabiex tiffaċilita n-negozju permezz ta’ strateġiji għat-tnaqqis ta’ burokrazja u piżijiet amministrattivi. |
| Il-qafas regolatorju għas-swieq finanzjarji | għandu bżonn jiġġedded, inkluż regoli prudenti u tisħiħ tal-qafas superviżorju b'mod ċar u konsistenti fil-livelli nazzjonali, Ewropej u globali. Erġajna ikkonfermajna li r-Rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja ppresedut minn Jacques de Larosière huwa l-bażi għal azzjoni. Il-ħsieb huwa li fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju li ġej jittieħdu l-ewwel deċiżjonijiet filwaqt li fil-ħarifa ser isiru aktar proposti leġislattivi dettaljati. |
| Il-Gvern Malti jaqbel mat-titjib | tat-trasperenza u l-kontabbilita` fis-swieq finanzjarji u mal-bżonn li jissaħħu r-regoli bankarji u li jittejjeb l-immaniġġjar tal-kriżijiet u tal-qafas Ewropew ta’ superviżjoni. Aħna inqisu wkoll li r-rakkomandazzjoniet tar-Rapport Larosière huma validi. Iżda, b’mod ġenerali, inqisu illi t-twettieq ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandu jsir f’terminu ta’ żmien adattat sabiex dak li jiġi mplimentat ma jkunx ta’ piż żejjed u għaldaqstant ma jikkontribwixxix għat-tkabbir tal-krizi. |
| Fil-kuntest tal-Pjan għar-Rilanċ | Ekonomiku, ir-riformi strutturali huma importanti. Għaldaqstant, f’dan ir-rigward, hemm bżonn ta’ konsistenza fil-miżuri li jittieħdu fil-futur qrib mal-miri fit-tul. Għalkemm m’hemmx bżonn ta’ tibdil radikali fl-Istateġija ta’ Lisbona, inqisu li fil-kuntest preżenti għandu jkun hemm ħidma u emfasi akbar fuq it-tkabbir u l-impjiegi. L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Lisbona għandu jsaħħaħ u jikkumplimenta l-isforzi għar-riformi strutturali tal-Istati Membri. |
| Iddiskutejna l-laqgħa dwar l-Eastern | Partnership kif ukoll l-laqgħa dwar l-Impjiegi li ser isir f’ko-operazzjoni mal-Imsieħba Soċjali u li għandhom isiru f'Mejju li ġej. |
| Malta qiegħda ssegwi t-temi diskussi fil-laqgħat | tal-G20, kif ukoll fil-laqgħat li qiegħdin isiru bi preparazzjoni għall-laqgħa tal-G20 fit-2 t’April ġewwa Londra. Qbilna li nappoġġjaw il-miżuri proposti sabiex jittejjeb il-kordinament makro-ekonomiku fuq livell globali, partikolarment |
- prijorità lill-proċess tal-funzjonament mill-ġdid tas-swieq tal-kreditu u jiġi ffaċilitat il-fluss tas-self lill-ekonomija,
- konsistenza tal-miżuri fiskali mal-objettivi aktar fit-tul bħall-finanzi pubbliċi sostenibbli, it-titjib tal-produttività u l-indirizzar tal-isfidi tad-demografija u tat-tibdil fil-klima, u
- evitar ta’ kwalunkwe forma ta' miżuri protezzjonisti.
Enerġija u tibdil fil-klima
| Numru ta’ avvenimenti, bħalma huma l-iżviluppi | fil-prezz taż-żejt matul is-sena li għaddiet u l-kriżi tal-gass fil-bidu ta’ din is-sena ikkonfermaw li s-sigurtà tal-enerġija hija prijorità ewlenija. Is-sigurta` ta’ l-enerġija hija sfida ewlenija li ser ikollha impatt kbir fuq kif se tiżviluppa l-Ewropa. Marbut ma’ dan kollu hemm l-isfida tal-bidla fil-klima. |
| Waħda mill-isfidi li tiffaċċja | Malta hija dik li tiżgura provvisti ta’ enerġija stabbli u bi prezz raġjonevoli. F’dan ir-rigward, Malta tappoġġja l-importanza li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħti lill-enerġija u tqis is-Second Strategic Energy Review bħala eżerċizzju pożittiv u bħala impuls sabiex is-suq Ewropew tal-enerġija jkun iżjed stabbli, sod u kompetittiv. |
| Il-Kunsill | Ewropew qabel dwar numru ta’ aspetti biex nilqgħu għall-isfidi f’dan il-qasam, inkluż |
- titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija,
- id-diversifikazzjoni tal-fornituri, is-sorsi u r-rotot tal-provvista tal-enerġija, u
- promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni dwar l-enerġija fil-konfront ta' pajjiżi terzi.
| Mingħajr dubju, żvilupp akbar fl-infrastruttura | u aċċessibilita` aħjar għal enerġija orħos u li tħares l-ambjent żgur li jgħinu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima |
| F’dan il-kuntest | ikkonfermajna l-impenn tal-Unjoni Ewropea li tieħu rwol ewlieni sabiex f'Diċembru li ġej ġewwa Kopenħagen jintlaħaq ftehim globali u komprensiv dwar il-klima. Nemmnu li dan il-ftehim għandu jkun imfassal biex jillimita l-global warming għal inqas minn 2ºC. Infakkar fl-impenn tal-Unjoni Ewropea għal tnaqqis ta' 30 % fl-emissjonijiet bħala l-kontribut tagħha, sakemm il-pajjiżi żviluppati l-oħra jintrabtu bi tnaqqis paragunabbli u li l-pajjiżi avvanzati li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu adegwatament b'mod li jaqbel mar-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom. |
| Fil-Kunsill ta’ | Ġunju li ġej irridu nkomplu nittrattaw dan is-suġġett billi niddiskutu numru ta’ dettalji marbuta mal-mekkaniżmi ta' finanzjament internazzjonali, inkluż |
- il-pożizzjonijiet tal-UE dwar il-prinċipji għall-finanzjament tal-mitigazzjoni, l-adattament, l-appoġġ teknoloġiku u l-bini tal-kapaċità,
- l-ispeċifiċitajiet tal-kontribut tal-UE, u
- il-prinċipji tal-kondiviżjoni tal-piż bejn l-Istati Membri.
| Ftehim ta’ | sinifkat partikolari li lħaqna matul il-Kunsill Ewropew tal-ġimgħa li għaddiet kien dak dwar il-Parti Komunitarja tal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku, b'appoġġ għal proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-internet broadband. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim. |
| Mr | Speaker, |
| Permezz ta’ dan il-ftehim Malta akkwistat 20 | miljun Ewro b’risq il-proġett tal-interconnector mal-Italja u 5 miljun Ewro iehor għall-inizjattivi oħra biex insaħħu is-sigurta` tal-provvista tal-enerġija elettrika ġewwa pajjiżna. Nixtieq nirringrazzja lil kull min ħadem biex wasalna hawn, partikolarment ir-Rappreżentant Permanenti tagħna is-Sur Richard Cachia Caruana. Nixtieq niżgura lill-Kamra li l-Gvern huwa impenjat li jagħmel l-aħjar użu minn dawn il-fondi ġodda sabiex inkomplu niżguraw l-enerġija elettrika meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. |
| Matul dawn l-aħħar jiem kellna | dibattitu dwar kemm Malta qed tirċievi fondi mill-Unjoni Ewropea. Nixtieq ninforma l-Kamra li wara d-deċiżjoni ta’ nhar il-Ġimgħa li għaddiet, għall-perjodu 2007-2013 Malta ser tkun intitolata li tirċevi 1,158.9 miljun Ewro. Ovvjament ser inkomplu naħdmu sabiex dawn il-fondi jkomplu jiżdiedu. Nixtieq nirramarka li dawn ma jinkludux il-flus li rċevejna bħala pre accession funds, fondi li rċevejna bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-2006 u fondi u programme oħra tal-Unjoni Ewropea bejn l-2007 u l-2013, per eżempju l-FP7, LIFE+, is-Solidarity Fund, il-European Globalisation Adjustment Fund, etc. Qed inqiegħed dokument li jagħti rendikont ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra. |
| Mr | Speaker, |
| Waqt il-laqgħa | tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin fil-marġini tal-Kunsill Ewropew ġew diskussi temi bħal il-qagħda fil-Lvant Nofsani, kif ukoll il-Konferenza f`Ġinevra magħrufa bħala il-Konferenza ta` Durban dwar ir-Razziżmu. Dwar il-Lvant Nofsani il-pożizzjoni ta` ħafna membri, inkluża Malta, kienet li għandna nappoġġjaw l-inizjattiva Eġizzjana li qed tipprova tirrikonċilja il-partijiet differenti fil-Palestina għall-ħolqien ta’ Gvern ta` Unita` Nazzjonali fil-Palestina. Minbarra dan, kien meqjus li huwa importanti li Gvern Isrealjan ġdid jassumi l-obbligi kollha diġa assunti minn Gvernijiet preċedenti inkluża is-soluzzjoni taż-żewġ stati fir-Reġjun. Dwar il-Konferenza ta` Durban qed isiru negozjati intensivi sabiex id-dikjararzzjoni finali tkun aċettabbli għal kulħadd sabiex dil-Konferneza ma tkunx okkażjoni ta` firda iżda ta` inizjattiva b`saħħitha kontra r-razziżmu fil-forom kollha tiegħu. |
| Fuq | livell ta’ Ministri tal-Finanzi saret diskussjoni dwar kif fl-ambitu tad-diskussjonijiet li qed isiru fil-G20, nistgħu nsaħħu l-kapaċita li nindirizzaw il-kriżi fuq livell globali. Id-dikussjoni kienet marbuta madwar il-pożżizzjoni komuni li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu fil-konfront ta’ diversi temi li qed jiġu diskussi fuq livell globali, fost l-oħrajn |
- kif tiġi ko-ordinata il-ħidma internazzjonali,
- kif insaħħu l-istituzzjonijiet internazzjonali,
- tisħiħ fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, u
- appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżvillupaw biex huma ukoll jirrispondu għal-kriżi li qed tolqothom.
| Il-Kunsill qabel | dwar il-ħtieġa li l-fondi disponibli għall-Fond Monitarju Internazzjonali, biex jindirizza din il-kriżi jirdoppja min 250 biljun dollaru għall-500 biljun dollaru, bil-Ġappun jiddikjara li ser tikkontribwixxi 100 billjun dollaru għal dan il-għan. Saret ukoll diskussjoni dwar dik li għandha tkun il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Matul il-ġranet li ġejjien, la darba jkun hemm qbil kemm tkun il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea, tiġi identifikata dik ta’ kull pajjiż membru. |
| Sar qbil ukoll li l-istrument | intern tal-Unjoni magħruf bhala il-Balance of Payments (li ma għandux jiġi imħallat mal-Bilanċ tal-Pagamenti fuq livell statistiku) jiġi rduppjat min 25 biljun ewro għal 50 biljun ewro. L-għan ta’ dan l-istrument hu li jekk ikun Pajjiż Membru li jidħol fi kriżi, bħal ma ġara fil-Latvija, l-Ungerija u issa r-Rumanija, il-Kummissjoni tkun tista tidħol finanzjarjament biex tagħti pakkett ta’ self bil-għan li terġa tidħol l-istabilita finanzjarja f’dawn il-pajjiżi. |
Mr Speaker,
| Il-Kunsill Ewropew | tal-gimgħa li għaddiet kien kunsill li jħares lejn il-futur b’fiduċja. Qed inpoġġi fuq il-Mejda kopja tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza ta’ dan il-Kunsill. |
| L-Unjoni Ewropea | qiegħda taffaċċja il-kriżi finanzjarja u ekonomika li ħakmet id-dinja b’viżjoni u b’determinazzjoni. Pajjiżna għandu x-xorti li f’dawn il-mumenti iebsa qed ikun madwar il-mejda fejn jittieħdu d-deċiżjoniet li jolqtuna fil-laħam il-ħaj. Qed nipparteċipaw fit-tfassil tal-miżuri u qed naqsmu fl-għodda li qed ikunu disponnibli biex din il-kriżi ndawruha f’opportunita` b’risq il-membri kollha tas-soċjeta` tagħna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984