Left arrow Mur Lura

Konsultazzjoni maċ-Ċittadini dwar l-Unjoni Ewropea u l-futur ekonomiku u soċjali

PR0495
Date Icon 22/03/2009
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Dr Chris Said, kellu l-opportunita` li jassisti għal mod eżemplari ta’ mezz ta’ djalogu soċjali effettiv - dak tal-forum ta’ konsultazzjoni maċ-ċittadini. Il-forum hu mezz tajjeb ta’ kif tiġi inċentivata d-diskussjoni bejn ċittadini Maltin u dawk Ewropej, permezz ta’ diskussjoni li m’għandhiex ħitan ġeografiċi jew lingwistiċi u li għalhekk tagħti opportunita’ lil kull ċittadin jesprimi l-opinjoni tiegħu b’mod effettiv permezz ta’ dibattitu on-line.
DrSaid tkellem f’ċerimonja tal-għeluq tal-forum, li ġiet organizzata mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp Reġjonali u d-Djalogu, bil-kollaborazzjoni tal-MEUSAC.
It-tema li ġiet diskussa din is-sena f’dan ilforum hija: X’tista’ tagħmel l-Unjoni Ewropeja biex ittejjeb il-futur ekonomiku u soċjali fid-dinja tal-lum? – kunċett importanti ħafna għaliex jikkonċerna lil kull ċittadin Ewropew u li għalih jista’ jikkontribwixxi kulħadd billi jesprimi l-ideat tiegħu fuq id-direzzjoni li l-Ewropa qegħda tieħu għall-futur, speċjalment f’dan il-perjodu ta’ kriżi globali ekonomika. Din kienet l-opportunita’ li ġiet offruta permezz tal-proġett Plan D – proġett Ewropew imfassal biex jinċentiva diskussjoni fuq id-Demokrazija, id-Djalogu u id-Dibattitu.

Il-forum għal din is-sena iiffoka fuq sitt miri:

-          il-bżonn ta’ iktar djalogu bejn iċ-ċittadin u min ifassal l-istrateġiji;

-          il-bżonn ta’ iktar involviment taċ-ċittadini f’dibattiti politiċi kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak Ewropew;

-          il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil ta’ pjanijiet għal futur;

-          il-bżonn li l-Unjoni Ewropea tersaq iktar viċin lejn iċ-ċittadini;

-          il-bżonn li ċ-ċittadini juru iktar interess fuq aspetti li jikkonċernaw l’Unjoni Ewropea;

-          il-bżonn li tiżdied il-koperazzjoni bejn gruppi tas-soċjeta’ ċivili u l-imsieħba tagħhom biex b’hekk tissaħħaħ l-għaqda Ewropea.

“Il-Gvern, biex hu ukoll jagħti sehemu ujenfażizza il-bżonn ta’ iktar djalogu bejn iċ-ċittadini, ħass li għandu jagħti sehemu fit-tnedija ta’ proċessi li jwasslu għal dan il-għan. Għalhekk qed  jinċentiva u jassisti diversi forom ta’ konsultazzjoni mas-soċjeta’ ċivili billi għen biex jitwaqqaf l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarju u tal-Kunsill għas-Settur Volontarju”, stqarr Dr Said.
Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid lissaħħaħ ukoll il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD) fejn ir-rwol tiegħu huwa li jiltaqa’ b’mod frekwenti u jiddiskuti materji diversi li xi wħud minnhom ikunu ukoll ta’ kontroversja fil-pajjiż bil-għan li l-Gvern jisma’ l-idejat tal-imsieħba soċjali u sa fejn ikun possibli jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet involuti fil-proċess.
Passieħor li twettaq mill-Gvern kien li s-sena l-oħra reġa’ twaqqaf il-MEUSAC li joffri ukoll il-funzjoni ta’ konsultazzjoni dwar il-liġijiet u direttivi ġodda tall-Unjoni Ewropeja u li jwassal l-informazzjoni lill-pubbliku in ġenerali. Twaqqaf ukoll il-Core Group tal-MEUSAC fejn jiddiskuti materji b’rabta mal-Unjoni Ewropeja b’implikazzjoni nazzjonali.
Danl-aħħar saret ukoll sħubija ta’ ġestjoni bejn il-Gvern, il-MEUSAC u l-Kummissjoni Ewropeja fejn l-għan ewlieni kien li jissaħħu l-koordinazzjonijiet ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar prijoritajiet magħżula msejsa fuq pjanijiet ta’ komunikazjoni konġunta. Din il-koperazzjoni ser tgħin biex twassal dibattiti ta’ livell ewropew fuq livell iktar qrib lejn iċ-ċittadini Maltin.
“Il-Gvern illum qiegħed ukoll permezz ta’ dinil-laqgħa jaċċetta r-rakkomandazzjonijiet li ġew diskussi fil-forum. Dawn ir-rakomandazzjonijiet ser jiġu mgħoddija fil-fora tal-entitajiet governattivi inklużi l-MCESD u l-MEUSAC ħalli b’hekk nkunu nistgħu naraw riżultati tanġibbli ibbażati fuq dawn il-proposti”, temm jgħid Dr Said.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow