DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IĊ-ĊENA AD UNUR IL-PRESIDENT TA’ MALTA U S-SINJURA FENECH ADAMI, FIL-BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA – IS-SIBT, 21 TA’ MARZU 2009.
PR0494
21/03/2009
Eċċellenza u Sinjura Fenech Adami,
Eċċellenza Monsinjur Arċisqof,
Is-Sinjurija Tiegħek Prim Imħallef u Sinjura Degaetano,
Onorevoli Speaker u Sinjura Galea,
Onorevoli Dottor Mangion f’isem il-Kap tal-Oppożizzjoni,
Mistednin Distinti,
Sinjuri,
| Huwa | privileġġ għalija bħala Prim Ministru li l-lejla, f’isem il-gvern u l-poplu Malti kollu, nesprimi r-ringrazzjament u l-apprezament tagħna lkoll lilek – Sur President - issa li wasal biex jagħlaq it-terminu ta’ ħames snin tal-Presidenza tiegħek. |
| Huma | ħames snin li m’hux b’koinċidenza akkumpanjaw lil pajjiżna sa mill-ewwel ġurnata tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Huma ħames snin li raw lil dan il-poplu u lil dan il-pajjiż jadatta ruħu għal realtajiet ġodda – sfidi u opportunitajiet li fetħu orizzonti ġodda għalina lkoll. |
| Sfidi li twieldu mill-mixja biex pajjiżna mhux | biss jagħraf jadatta ruħu għal suq intern wieħed imma li saħansitra jasal biex ibiddel il-munita tiegħu biex jaddotta dik Ewropea. Opportunitajiet li komplew poġġew lil poplu tagħna fil-qalba tal-ħajja Ewropea bl-ambizzjoni għalina lkoll illi naraw il-livell ta’ għixien għall-poplu tagħna jilħaq dak tal-pajjiżi l-aktar avvanzati fl-Ewropa. |
| Presidenza li rat ukoll il-proċess demokratiku | jiffunzjona f’pajjiżna b’elezzjoni ġenerali li seħħet b’mod li jkompli joħroġ fil-beraħ il-maturità ta’ poplu li jibqa’ jipparteċipa b’mod attiv fl-għażliet demokratiċi tiegħu. |
| Presidenza li rat u qiegħda tara ġrajjiet | kurrenti li jċaqilqu l-pedamenti finanzjarji u ekonomiċi mondjali u li inevitabbilment iħallu wkoll impatt fuq il-ħajja ta’ mijiet ta’ ħaddiema u familji Maltin u Għawdxin. |
| Huwa | f’dan il-kuntest u b’dan ix-xenarju li l-Presidenza tiegħek matul dawn il-ħames snin kompliet toffri lil poplu tagħna ideali ta’ valuri ankrati bl-aktar mod sod ma’ dak li huwa fis-sinsla tal-identità tagħna. |
| Ix-xogħol ewlieni ta’ President huwa dejjem li | fl-imġieba u bl-eżempju kontinwu tiegħu jagħti definizzjoni f’għajnejn id-dinja ta’ poplu sewwasew kif dan il-poplu jara u jagħraf lilu nnifsu. Dan ix-xogħol qatt m’hu faċli, iżda d-diffikultà tikber sewwa fi żmien ta’ tibdil imgħaġġel, meta l-identità ta’ poplu li dejjem jevolvi mat-taqlib tal-istorja jkollu bżonn jadatta ruħu kif jitlob kuntest ġdid li fih irid jgħix. |
| L-ewwel karatteristika tal-identità Maltija li | inti rnexxilek toħroġha f’kull okkażjoni xierqa hija l-umanità tagħna, jew forsi aktar preċiżament l-umaneżimu tagħna. Spiss tkellimna dwar il-valur tas-solidarjetà – valur li llum akkwista dimensjoni oħra kbira, qawwija, kultant saħansitra xokkanti. M’hemmx dubju illi f’dawn l-aħħar snin minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħna qegħdin inġarrbu prova li faċli tislet reazzjonijet li jmorru kontra l-valuri tradizzjonali tagħna. |
| Forsi qatt daqs illum ma kellna bżonn niftakru u | nfakkru f’dan il-valur. |
| Matul il-mixja twila tagħna lejn id-dhul | fl-Unjoni Ewropea, inti qatt ma waqaft milli tfakkar li l-iskop tal-Unjoni Ewropea ma kienx li tinħoloq superpotenza biex tikkompeti kontra jew tiddomina fuq kontinenti oħra, iżda li sservi bħala pass lejn sistema ta’ gvern mad-dinja kollha li jiżgura l-paċi u l-iżvilupp ta’ kulħadd flimkien. |
| Dana | juri kemm huwa siewi l-fatt li inti turina li l-aktar aspett importanti tal-awtoritratt tagħna l-Maltin huwa li aħna l-ewwel u qabel kollox bnedmin, u mhux biss bnedmin, imma bnedmin li jagħrfu u jgħożżu fuq kollox id-dinjità ta’ kull persuna umana, imwielda biex tkun ħielsa u rispettata. |
| Għalik din il-karatteristika tal-umaneżimu | tista’ titfisser fi kliem ieħor billi ngħidu li l-Malti huwa kulturalment, anke jekk jista’ jkun mhux reliġjożament, nisrani. Inti dejjem għaraft turi li iktar ma tkun awtentika l-fidi nisranija, aktar tkun sinċiera t-tolleranza u r-rispett għall-kuxjenza ta’ kulħadd. Inti dejjem urejt li l-apprezzament tal-pluraliżmu fil-fehmiet huwa kwalità li tispikka f’min iħaddan tassew f’qalbu l-ispirtu tal-Kristjaneżmu. |
| Aspett ieħor tal-identità Maltija li ħadet sura | fid-diskors u fil-ħidma tiegħek ta’ President huwa l-għarfien li l-imħabba għat-tradizzjoni ma tissarrafx f’ripetizzjoni mejta u monotona ta’ kif kienu jsiru l-affarijiet fl-imgħoddi. |
| It-tiżwiq tat-tradizzjoni bl-innovazzjoni hija | s-sigriet ta’ kull progress ekonomiku u soċjali, barra milli kulturali. U dejjem urejt li kien itik aktar ferħ meta t-tiġdid kien ir-riżultat ta’ ħidma flimkien, ta’ ko-operazzjoni, ta’ komunità li timxi ‘l quddiem id f’id, bla ma tħalli lil ħadd jitlajja wara, jew jitwarrab fil-ġenb. |
| Bħala President aktar minn qatt qabel inti stajt | taħdem biex tegħleb it-tendenza li ninfirdu f’żewg tribujiet impikati ma’ xulxin. Irnexxxilek tagħmilha aktar ċara minn dik il-pożizzjoni li, minkejja li hu sabiħ li ma nkunux ilkoll tal-istess fehma f’ċerti oqsma tal-ħajja, madankollu fil-qofol fejn jidħol il-ġid komuni tal-Maltin kollha, għandu jirnexxilna niġbdu ħabel wieħed. U hekk jirnexxilna noħorġu l-originalità individwali tal-poplu Malti mhux bħala mezz biex nitilgħu fuq ras ħaddiehor imma bħala l-kontribut uniku li aħna biss nistgħu nagħtu lill-miġemgħa sħiħa tal-umanità. |
| Hemm | dimensjoni oħra tal-identità Maltija li inti bħala President irnexxilek tenfasizza b’mod kostanti minn sena għal oħra f’dawn il-ħames snin. Din hi l-kapaċità illi anke meta s-sema jkun imgħajjeb bi sħab iswed, qatt ma nitilfu l-fiduċja, anzi ċ-ċertezza li jekk nagħrfu nimxu sew jirnexxilna naslu f’waqtu għas-sebħ ta’ jum isbaħ milli kien il-bieraħ. U ħafna minna ħassew illi din in-nota ta’ ottimiżmu żdiedet ma’ kull staġun ta’ din il-Presidenza. Naf kemm inti ħassejt kull darba li ġrat fostna jew anke ‘l bogħod minna xi diżgrazzja, u kemm inti kont titħasseb kull meta tasal xi aħbar ta’ xi żvilupp fid-dinja li ma kienx sa jiffavorina. Imma l-kelma tiegħek u nażżarda ngħid anke l-ħarsa kienu dejjem jimlewna bil-kurraġġ u bit-tama. |
| Sur | President, |
| Dawn | il-kelmtejn ta’ ringrazzjament għalik kif ukoll għas-Sinjura Fenech Adami kienu speċifikament għaż-żmien tal-Presidenza u għax-xogħol partikulari li kellek twettaq f’din il-kariga. Imma naħseb li kulħadd jintebaħ li l-kwalitajiet li ippermettewlek twettaq dmirek b’suċċess huma dawk l-istess kwalitajiet li dejjem kellek matul il-medda sħiħa u twila tal-ħajja pubblika kollha tiegħek. |
| Nistedinkom għalhekk biex tingħaqdu miegħi u | filwaqt li nerġgħu nirringrazzjaw lil President Fenech Adami għall-ħidma kollha tiegħu, nawgurawlu għall-ġejjieni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984