Tfakkar il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur f’Għawdex
PR0493
21/03/2009
| Il-Jum Dinji | għad-Drittijiet tal-Konsumatur dalgħodu ġie mfakkar fil-gżira ta’ Għawdex, b’attività mtellgħa mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, taħt tinda quddiem iċ-Ċentru għal Studji Ogħla Sir M.A. Refalo ġewwa r-Rabat Għawdex. |
| Din l-attività | kienet attrazzjoni oħra għall-Għawdxin, kif ukoll għal dawk il-Maltin li jżuru lill-Għawdex matul tmiem il-ġimgħa, fejn dawk kollha li attendew ingħataw fost l-oħrajn materjal informattiv dwar it-tmien drittijiet bażiċi tal-konsumatur. Il-pubbliku preżenti ngħata wkoll informazzjoni dwar kif il-konsumatur għandu jagħżel l-aħjar ikel għal saħħtu, kif ukoll dwar servizzi finanzjarji. Barra minn hekk kien hemm ukoll logħob u attivitajiet oħra għat-tfal. |
| Il-Ministru | għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono żaret din l-attività u qassmet ir-rigali lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tar-rivista Sagħtar, kif ukoll tal-pubblikazzjoni Tagħna t-Tfal. |
| It-tema | ewlenija ta’ din is-sena hija Ir-Reklamar, Fatt jew Ħrafa? L-effett ta’ l-Ikel u x-Xorb fuq is-Saħħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984