L-EWWEL Sena Ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet
PR0492
21/03/2009
| Illum is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji | Pubbliċi u Artijiet Onor Jason Azzopardi indirizza l-media fl-okkażjoni tas-Sena Ħidma tal-Gvern 2008-2013, Flimkien Naslu b’Għaqal 2009. |
| Dr | Azzopardi qal illi sena ilu l-Prim Ministru ħalaq dan is-Segretarjat partikolari b’emfasi fuq l-Artijiet u l-immaniġġjar tagħhom. Dan ippermetta li tingħata attenzjoni partikolari għal din ir-riżorsa importanti, u limitata, u li din titmexxa b’mod iktar effiċjenti. Dan sar f’qafas ta’ politika ta’ żvilupp sostenibbli. |
| Dr | Azzopardi tkellem fuq review strateġiku li qed isir fid-Diviżjoni Proprjeta’ tal-Gvern li qed isir bħalissa. Dan ir-review li għandu jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin, ser iwassal biex isir tibdil fix-xejra tax-xogħol fil-GPD, u b’hekk tiżdied l-effiċjenza. Dan ir-review ser jikkontribwixxi ukoll għal għarfien aħjar ta’ xi ħtiġiet ta’ IT għandha l-GPD, biex dan jirrifletti r-realtijiet tal-lum. |
| Dr | Azzopardi tkellem fuq l-għajnuna li ingħatat lis-soċjeta’ ċivili, minn dan is-segretarjat fl-aħħar sena. Huwa qal illi is-Segretarjat Parlamentari għadda iktar minn 2 miljun ewro f’għajnuna ‘l NGOs, Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet sportivi f’għajnuna permezz ta’ devoluzzjonijiet ta’ art pubblika jew tal-Gvern. Dan sar għax is-Segretarjat għadda proprjetajiet b’kirjiet nominali, illi ma jirriflettux il-valur kummerċjali ta’ dawn is-siti biex b’hekk tingħata għajnuna ‘l dawn l-organizzazzjonijiet illi jikkontribwixxu fis-soċjeta’. Iktar proprjeta’ hija ppjanata li tgħaddi għand iktar organizzazzjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin. |
| Ir-riforma fl-iskema tal-fidi ta’ ċnus tal-Gvern | li kienet imħabbra fl-aħħar ġimgħat ser tkompli tiġi msaħħa, permezz ta’ farming out għal servizzi ta’ nutara. Dan qed isir biex tiġi indirizzata l-problema ta’ backlog illi jeżisti f’din l-iskema – riżultat tas-suċċess kbir li kellha din l-istess skema. Permezz ta’ dan il-farming out, ikun jista’ jitħaffef iż-żmien ta’ stennija li wieħed ikollu jistenna biex jinfdielu ċ-ċens. |
| Dr | Azzopardi qal ukoll illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-MTA biex isir masterplan dwar l-imwejjed u s-siġġijiet f’lokalitajkiet turistiċi. Dan il-masterplan għandu jara illi l-għamara li tinħareg barra stabbilimenti tal-ikel isegwu pjan illi jiffavorixxi prodott aħjar turistiku, mingħajr ma jtellfu l-aċċessibbilita’ tal-lokal innifsu. Dr Azzopardi tkellem ukoll fuq diskussjonijiet mal-MTA dwar maniġġjar aħjar tal-bajjiet fix-xhur sajfin. |
| Is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji | Pubbliċi u Artijiet ser ikun qed jieħu ħsieb ukoll illi jiġi żgurat aċċess għall-kampanja u xtajtiet. F’kollaborazzjoni mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarjiet Rurali, dan l-eżerċizzju ser iwassal biex il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa postijiet ta’ sbuħija naturali, illi sal-lum m’humiex aċċessibbli. Dr Azzopardi qal ukoll illi għaddejj eżerċizzju biex ikun hawn legiżlazzjoni li tirregola il-camping f’pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984