Seminar għall-intrapriżi li joperaw fis-settur tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli dwar il-Miżura 123: Valur miżjud fuq prodotti agrikoli
PR0489
20/03/2009
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, Dr Chris Said indirizza seminar dwar fondi mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali għal Malta għall-intrapriżi speċjalizzati fl-agroproċessar. Is-seminar kien organizzat mill-MEUSAC bil-koperazzjoni tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u l-Bank of Valletta. |
| F’dan is-seminar ġiet diskussa Miżura 123 li | taqa’ taħt l-ewwel prijorita’ tal-Pjan ta’ Żvilupp Rurali - dik li tiffoka fuq il-Kompetitivita’ tas-settur agrikolu. Din il-miżura qed tindirizza l-bżonn ta’ agriproċessar aktar effiċjenti u innovattiv billi ssaħħaħ il-katina bejn produtturi primarji u dawk li jipproċessaw il-prodotti agrikoli, permezz ta’ innovazzjonijiet u teknoloġiji ġodda. B’hekk jiġu indirizzati l-kompetittività u l-vijabilità finanzjarja kif ukoll it-titjib fil-valur tal-prodotti agrikoli Maltin. B’kollox hemm €7 miljuni allokati għal din il-miżura li madwar €5 miljun ġejjin mill-Unjoni Ewropea waqt li l-bqija ġejjin mill-Gvern ta’ Malta. |
| “Il-Gvern jinċentiva lill-intrapriżi biex | jutilizzaw dawn il-fondi għax l-opportunitajiet li jeżistu ser jgħinukom fl-immodernizzar tal-prattiċi tagħkom biex tkunu iktar effiċjenti f’xogħolkom”, informa Chris Said lill-parteċipanti. Is-Segretarju Parlamentari sostna li din il-miżura qed tagħti l-inċeniv lill-intrapriżi biex ikomplu jinvestu fil-qasam tal-agroproċessar, u qed tgħin ukoll biex dawn ilaħħqu ma’ kwalita mistennija mill-konsumatur. |
| Fid-diskors tal-ftuħ, Dr. Vanni | Xuereb, Kap tal-MEUSAC qal li “l-informazzjoni hi essenzjali biex inwasslu lil kull min hu interessat u lill-pubbliku in ġenerali, tagħrif b’mod li jinftiehem dwar il-politika tal-Unjoni Ewropea.” Huwa tenna li l-Politika Agrikola Komuni għandha importanza kbira fi ħdan l-UE u għalhekk importanti li nibqgħu naġġornaw rwieħna dwar dak li qed jiġri fis-27 Pajjiż Membru tal-UE u mhux f’pajjiżna biss għaliex. aħna parti minn suq wieħed ma’ 26 pajjiż ieħor. Il-Kap tal-MEUSAC saħaq li l-informazzjoni hija waħda mill-funzjonijet tal-MEUSAC li tikkumplimenta ż-żewg funzjonijiet l-oħra: l-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar liġijiet ġodda tal-UE u l-għajnuna teknika li qed tingħata mill-MEUSAC lill-kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi fil-mili tal-applikazzjonijiet għal fondi mill-UE. Dr Xuereb spjega li wara li twaqqaf il-Core Group li jiġbor flimkien uffiċjali għolja tal-gvern, il-partiti politiċi, il-korpi kostitwiti ewlenin u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, twaqqfu u bdew jiltaqgħu disa’ kumitati settorjali li se jiddiskutu proposti ġodda tal-Kummissjoni skont is-settur li jkopri kumitat jew ieħor. L-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-Agrikoltura u s-Sajd se ssir fid-9 ta’ April li ġej. |
| Fl-għeluq tas-seminar, is-Segretarju | Parlamentari spjega li din il-miżura għandha wkoll l-iskop li tilħaq prattiċi sostenibbli sabiex innaqsu l-impatt tal-agrikoltura fuq l-ambjent, bħal per eżempju strateġiji li jnaqqsu l-akkumulazzjoni ta’ skart li jista’ jkollu impatt ħazin fuq l-ambjent, tnaqqis ta’ dipendenza fuq riżorsi naturali sabiex jiġu kkonservati, kif ukoll riċiklaġġ ta’ dawn ir-riżorsi. |
| “Dan | ikun qed jinkwadra fil-viżjoni li għandu l-gvern għall-kommunitajiet sostenibbli”, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari għax “li tagħrfu tutilizzaw prattiċi għall-ħarsien tal-ambjent f’xogħolkom ikun qed jgħin fl-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna”. |
| Dr | Said enfasizza l-importanza tal-fondi Ewropej biex jittejjeb l-operat li flimkien mat-tagħrif provdut għandu jservi ta’ inċentiv għall-parteċipanti biex japplikaw u jagħmlu użu tajjeb minn din il-Miżura. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984