STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0486
20/03/2009
| Aktar enerġija | nadifa mill-iskart – aktar rakkomandazzjonijiet |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarrijiet Rurali | jirringrazzja lill-Kummissjoni Ambjent tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, tal-opinjonijiet li għaddiet issa li qed joqrob it-tmiem tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel reviżjoni tal-iStrateġija tal-Immaniġjar tal-iSkart Solidu f’pajjiżna, kif ukoll dwar l-iStrateġija Nazzjonali ta miżuri ta’ Politika u Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra. |
| Il-Ministeru jinnota li l-Kummissjoni Ambjent | tal-Arċidjoċesi ta’ Malta irrikonoxxiet il-passi u l-iżviluppi importanti li seħħew f’pajjiżna b’mod partikolari fuq l-immaniġjar tal-iskart matul dawn l-aħħar snin. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jfakkar li ż-żewġ dokumenti huma proposti li kumitati ta’ nies tekniċi u esperti resqu lill-Gvern. Min-naħa tiegħu l-Gvern ressaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet li rċieva quddiem il-pubbliku in ġenerali sabiex kulħadd ikun jista’ jagħti l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijet tiegħu. Il-Kumitati ta’ Esperti kienu u għadhom disponibbli li jiltaqgħu ma’ kull min jitlob li jiltaqa’ magħhom sabiex jingħata kull ġustifikazzjoni neċċessarja. |
| L-ewwel reviżjoni dwar l-immaniġjar tal-iSkart | Solidu f’Pajjiżna hija ntiża primarjament biex nkomplu niġġeneraw aktar enerġija nadifa mill-iskart. F’Malta għad irridu naslu fi stat fejn l-iskart kollu li nipproduċu jrid jiġi sseparat u trattat b’xi mod jew ieħor, billi jiġi rriċiklat, tinħoloq l-enerġija minnu jew inkella jsir il-kompost minnu. Fl-engineered landfills, imbagħad, jidħol biss dak l-ammont zgħir ta’ residwi li jibqa’ wara t-trattament meħtieg ta’ dan l-iskart. Din hi mira ambizzjuża ħafna u hija magħrufa bħala Zero Waste. |
| Hemm il-ħtieġa li pajjiżna jimxi | ’l quddiem f’dan il-qasam u ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji sabiex ikompli jinvesti biex dak li narmu ndawruħ f’riżorsa. Il-proposta ta’ inċineratur f’Delimara hija wkoll intiża sabiex il-volum ta’ skart li jmur il-landfill jitnaqqas drastikament u dak li jmur għal inċinerazzjoni ikun biss dak il-materjal li ma hemmx metodu ieħor kif jiġi ttrattat biex tkun irkuprata l-enerġija. Dan il-materjal huwa magħruf bħala Refused Derived Fuel. Kif tgħid ukoll din l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija, irid jibqa jsir sforz qawwi, sabiex jitnaqqas il-volum ta’ skart u jiżdied il-volum ta’ skart separat. Il-Kumitat Tekniku ma marx għal soluzzjoni fejn l-inċineratur jieħu l-iskart kollu, iżda għal inċineratur li jieħu biss dik il-frazzjoni, li taħdem kemm taħdem biex tonqos, żgur li se tirrizulta fis-sistema. Għaldaqstant hemm ħtieġa li anki din tiġi sfruttata għal ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa. |
| Għar-rigward | tal-kummenti li l-Kummissjoni tal-Ambjent tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għaddiet fuq l-operat tal-inċineratur tal-Marsa, il-Ministeru jfakkar li l-inċineratur tal-Marsa għadu fil-perjodu ta’ commissioning u allura għadu għaddej minn fażi ta’ ttestjar. F’dan il-perijodu ta’ commissioning, l-impjant ikollu jinxtegħel u jintefa’ f’ħinijiet differenti u f’dak il-mument ikun hemm perjodu qasir ta’ madwar 30 sekonda li matulu jkun hemm żieda żgħira fl-emissjonijiet. Irid jiġi ċċarat li dan hu skond in-normi Ewropej, tant li dan hu kopert ukoll mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea. Id-data kollha mill-emissjonijiet tal-inċineratur qed tinġabar kif mitlub u qed tintbagħat għand ditta ta’ awditjar indipendenti biex jiġu analizzati kif jixraq u wara mibgħut lill-MEPA. |
| Il-Ministeru | jirringrazzja lil kull min qed jibgħat ir-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti tiegħu waqt dan il-proċess. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984