STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA’ ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET
PR0485
20/03/2009
| Il-ġenituri tal-vittma | tas-Simshar m’għandhomx titlu fuq il-proprjeta’ tal-uffiċċju konġunt |
| Id-Diviżjoni Proprjeta’ tal-Gvern | tixtieq tagħmel kjarifika b’referenza għall-kawża fil-Qorti ta’ żgumbrament minn proprjeta’ tal-Uffiċċju Konġunt, kontra Stephania Carabott l-armla ta’ Noel Carabott, wieħed mil-vittmi tat-traġedja tas-Simshar f’Lulju tas-sena l-oħra. |
| Minn riċerka li għamlet | id-Diviżjoni Proprjeta’ tal-Gvern, jirriżulta li l-ġenituri ta’ Noel Carabott ma għandhom ebda titlu fil-liġi fuq il-proprjeta’. Tant hu hekk, illi l-Uffiċċju Konġunt, m’għadux jaċċetta qbiela mis-Sinjuri Carabott sa minn Awwissu tal-2007. |
| F’Lulju tas-sena l-oħra, | l-Uffiċċju Konġunt irrifjuta talba min-nutar tal-familja Carabott biex Suzanne Buttiġieġ nee Carabott, li tiġi oħt Noel Carabott, tiġi rikonoxxuta bħala l-gabillotta mill-Uffiċċju Konġunt. Din it-talba ġiet irrifjutata għal raġunijiet validi fil-liġi. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984