STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA’ ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET
PR0484
20/03/2009
L-Għaqda Bormliża 19 ta’ Novembru 1944 m’għandha ebda titlu fuq il-maħżen f’Bormla
| Hija ħasra li fis-servizz | tal-aħbarjiet ta’ One TV tal-bieraħ b’referenza għall-ordni mill-Kummissarju tal-Artijiet ta’ żgumbrament minn sit f’Bormla, ittieħed il-kumment tas-Sindku tal-lokal u mhux il-kumment ta’ uffiċjal tal-Gvern, biex ikun jista’ jiġi spjegat eżatt kif ġraw u kif huma l-affarijiet. Agħar minn hekk, is-Sindku għażel li jattribbwixxi motivi partiġġjani għall-għemil tad-Dipartiment tal-Artijiet meta l-fatti juru ferm mod ieħor. |
| L-għaqda msemmija fis-servizz tal-aħbarjiet | m’għandha ebda titlu fuq il-maħzen. Apparti minn hekk il-maħzen in kwestjoni huwa kkundannat, u b’hekk huwa ta’ periklu għal min juzah. Dan joħrog minn twissija li s-Sovrantendenza għall-Fortifikazzjonijiet kienet għamlet lid-Dipartiment tal-Artijiet fejn qalet li kien hemm ħsara strutturali fil-maħzen, illi huwa ta’ periklu għal min juzah. L-ittra tas-Sovrantendenza tkompli li l-maħzen jinħtieġlu restawr estensiv, għax kif inhu, huwa ta’ periklu. |
| F’każ ta’ inċident li jista’ jseħħ fil-proprjeta’, | sid l-art, jiġifieri il-Kummisarju tal-Artijiet huwa legalment responsabbli. Għalhekk il-Kummissarju tal-Artijiet kien fl-obbligu li jara li ma jibqax isir użu minn post li huwa ta’ periklu kbir għal min juzah. |
| Huwa ta’ għajb li l-Oppożizzjoni Laburista | għażlet li tikkundanna l-aġir tad-Dipartiment tal-Artijiet minflok jinkoraġġih u jsostnih fil-ħidma tiegħu kontra l-abbuż tal-proprjeta’ u favur is-saħħa u l-inkolumita’ tal-pubbliku. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984