RIKOSTITUZZJONI VIJABBLI TAD-DINJA MEDITERRANEA IMPENJATA FAVUR L-GĦAQDA FID-DIVERSITÀ
PR0480
20/03/2009
| Il-Parlament Malti dalgħodu fakkar Jum | il-Mediterran fis-Sala tal-Arazzi fil-Palazz, il-Belt Valletta. L-inizjattiva ittieħdet mill-iSpeaker Dr Louis Galea flimkien mad-delegazzjoni parlamentari fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran (APM). L-Assemblea għażlet il-21 ta’ Marzu ta’ kull sena, bħala Jum il-Mediterran, f’Novembru li għadda. Fl-attivita` ta’ dalgħodu ħadu sehem Membri Parlamentari, Ambaxxaturi, u rappreżentanti ta’ għaqdiet taż-żgħażagħ u ta’ studenti. |
| Il-laqgħa ġiet miftuħa b’diskors minn Mr Speaker | li ġie segwit b’diskorsi oħra mill-Membri Parlamentari Jesmond Mugliett, George Vella u Justyne Caruana. Sergio Piazzi, is-Segretarju Ġenerali tal-APM, ukoll indirizza l-laqgħa. It-tema magħżula għal dan l-ewwel Jum il-Mediterran hija “Valuri Komuni, Aspirazzjonijiet Komuni” b’emfasi fuq iż-żgħażagħ. Il-mistednin kellhom ukoll l-opportunita’ li jesprimu l-veduti tagħhom u kien hemm skambju ta’ ideat mal-parlamentari Maltin. |
| Louis Galea qal li Jum il-Mediterran għandu | jnissel fir-reġjun tagħna sens ta’ kburija u għożża. “Dan hu ir-reġjun li ra jitwieldu civilizazzjonijiet l-aktar bikrija u t-tliet reliġjonijiet monotejistici, reġjun għani f’kulturi differenti.” |
| Louis Galea qal li diversi inizjattivi politiċi | u parlamentari fi ħdan numru ta’ assembleji inter-parlamentari qed jiffokaw fuq ir-reġjun tal-Mediterran u l-problemi tiegħu. Iżda l-Mediterran bħala tali ma kellu l-ebda forum parlamentari għalih. |
| Delegazzjonijiet parlamentari Maltin ħadmu matul | is-snin biex jemfasizzaw l-importanza tal-Mediterran fi ħdan il-Konferenza għas-Sigurta` u l-Kooperazzjoni fil-Mediterran fil-laqgħat tal-Unjoni Inter-Palamentari. Fil-fatt fl-1995 id-delegazzjoni Maltija proponiet li titwaqqaf Assocjazzjoni ta’ Stati tal-Mediterran. Kien fil-Grecja fl-2005 li mbagħad twaqqfet l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, li ltaqgħet għall-ewwel darba fil-Gordan, fejn ittieħdet id-deciżjoni li s-Sede tagħha titwaqqaf f’Malta. Din is-Sede tinstab f’Palazzo Spinola, San Ġiljan. L-APM tinkorpora biss il-pajjiżi tal-Mediterran li fuq bażi ta’ ugwaljanza ta’ voti tiffoka unikament fuq il-kwestjonijiet specifiċi tal-Mediterran. |
| Louis Galea fisser li l-iskop tal-APM hu li | taħdem sabiex il-Mediterran jittrasforma ruħu f’arja ta’ stabbilita`, ftehim u prosperita`. “M’hemmx dubju li d-destin tal-pajjiżi f’dan ir-reġjun, ekonomiku, socjali u kulturali, jorbothom flimkien. “Hu għalhekk li l-APM taħdem favur id-djalogu kulturali u reliġjuż bejn iż-żewġ naħat tal-Mediterran billi tagħti importanza lil attivitajiet li juru li hemm valuri u kultura komuni.” |
| Louis Galea qal li l-attrazzjoni | kbira tal-Mediterran ġejja mill-klima sabiħa u l-passat glorjuż tiegħu. “Illum iż-żejt jagħmel lil dan ir-reġjun għajn importanti għall-enerġija. Fl-istess waqt it-tibdil fil-klima qed jhedded is-sbuħija naturali tar-reġjun.” Louis Galea fisser li l-ġejjieni ser ikun jiddependi mit-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni li diġa` qed isiru l-għejjun ewlenin tal-ġid f’era ġdida għall-umanita`. “Qiegħdin f’punt fl-istorja li hu ideali għal Rinaxximent tal-Mediterran. Iżda waħda mill-kundizzjonijiet għal dan hi l-paċi fil-Lvant Nofsani, speċjlament bejn il-Lhud u l-Palestinjani. Din hi waħda mill-kwestjonijiet ewlenin li għaliha l-APM hi dedikata,” qal l-iSpeaker. |
| Louis Galea qal li n-naħa Ewropea, dik Islamika | u n-naħa Lhudija fil-Mediterran bażikament għandhom civilita`, valuri u aspirazzjonijiet komuni, minkejja diversi differenzi, inklużi dawk lingwistici u reliġjużi. “Lkoll għandhom sfond reliġjuż monotejistiku u profetiku komuni. Dan ix-xebħ bejn il-pajjiżi tal-Mediterran huwa ħafna aktar importanti mill-konflitti ta’ interessi li ħakmu dan ir-reġjun minn żmien għal żmien.” |
| Louis Galea qal li l-għan ewlieni tal-Assemblea | Parlamentari tal-Mediterran kien li tinkludi biss lil pajjiżi tal-Mediterran. Huwa irrefera għall-Strategija tal-Mediterran dwar Żvilupp Sostennibbli u għall-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea dwar politika marittima integrata. “Iżda biex jitwettqu dawn l-istrategiji vitali jeħtieġ il-partecipazzjoni sħiħa u fuq bażi ta’ ugwaljanza tal-pajjiżi tal-Mediterran indipendentement minn jekk humiex membri jew le tal-Unjoni Ewropea. L-APM trid li l-aspetti kollha tal-iggvernar ta’ dan il-baħar komuni tagħna jiġu trattati b’għaqal. Ilkoll nafu li dan ma hux possibbli mingħajr djalogu mhux biss bejnietna l-Parlamentari tal-pajjiżi tal-Mediterran, iżda wkoll fost l-irġiel u n-nisa li jaspiraw għal rikostituzzjoni vijabbli tad-dinja Mediterranea impenjata favur l-għaqda fid-diversita`.” Dr Galea talab li jkun hemm komunikazzjoni regolari mhux biss permezz ta’ laqgħat wicc imb’wicc, imma anke permezz ta’ networking elettroniku, fejn għandu jkun possibbli li kulħadd jippartecipa b’mod dirett f’dan id-djalogu. |
L-interventi li saru mill-Onor Louis Galea, Speaker tal-Kamra tad-Deputati; mill-Onor Jesmond Mugliett, l-Onor George Vella u l-Onor Justyne Caruana, Kap u Membri tad-delegazzjoni parlamentari għall-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, rispettivament; u tas-Sur Sergio Piazzi, Segretarju Ġenerali tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, huma aċċessibbli fuq il-website: www.parliament.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984