Left arrow Mur Lura

Jitfakkar il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur f’Għawdex

PR0479
Date Icon 19/03/2009
Wara l-attività ta’suċċess li ġiet imtellgħa nhar il-Ħadd li għadda f’Ta’ Qali, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, se tfakkar ukoll il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur fil-gżira ta’ Għawdex.
Din l-attività,għandha l-għan li tippromwovi t-tmien drittijiet bażiċi tal-konsumatur u twassal il-messaġġ permezz ta’ l-informazzjoni. It-tema ewlenija ta’ din is-sena hija r-Reklamar fatt jew ħrafa? L-effett ta’ l-ikel u x-xorb fuq is-saħħa. Għal dan il-għan l-attività f’Għawdex ser tkun immirata biex iżżid l-għarfien dwar dawn id-drittijiet permezz ta’ informazzjoni relatata magħhom fil-waqt li ser tingħata wkoll informazzjoni fuq l-importanza ta’ ikel bnin.
Kullmin ser jattendi għal din l-attività se jingħata materjal informattiv dwar it-tmien drittijiet bażiċi tal-konsumatur, kif ukoll informazzjoni dwar kif il-konsumatur għandu jagħżel l-aħjar ikel għal saħħtu. Din l-attività se tinkludi wkoll logħob u attivitajiet oħra għat-tfal.
Waqtdin l-attività, il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono se tindirizza lill-parteċipanti kif ukoll se tqassam ir-rigali lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tar-rivista Sagħtar u Tagħna t-Tfal.
L-attività ser tiġi mtellgħa quddiem iċ-Ċentrugħal Studji Ogħla Sir M.A. Refalo ġewwa r-Rabat (quddiem Villa Rundle) nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu, bejn id-9.00 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ wara nofsinhar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow