Left arrow Mur Lura

seminar dwar waħda mill-mizuri tal-pjan għal-iżvilupp Rurali.

PR0478
Date Icon 19/03/2009
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet RuraliGeorge Pullicino, flimkien Dr Chris Said, is-Segretarju Parlamentari għal konsultazzjoni pubblika u l-informazzjoni, indirizzaw seminar organizat mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-MEUSAC u l-Bank of Valletta, dwar waħda mit-tmintax –il-miżura għas-settur agrikolu mill-programm għal-iżvillupp rurali għas-snin 2007 – 2013.
Fiż-żminijiet tallum, aktar minn qatt qabell-użu tal-Pariri Tekniċi għas-settur Agrikolu huwa ta’ importanza ewlenija. B’dan il-hsieb il-Gvern haseb  biex fil-Pjan ghall-Isvilupp Rurali 2007/2013 iddahhal f’dan il-programm miżura biex tiġi strutturata din il-Fergħa biex tagħti tagħrif, u pariri għas-settur primarju agrikolu.
Il-Ministru Pullicino qal li fostit-timtax il-miżura li hemm f’dan il-Pjan hemm il-miżura 114 indirizzata biex il-bidwi ikollu l-għodda neċessarja biex jaġġorna ruħu man-innovazzjonijiet f’dan is-settur, jagħraf sistemi ġodda ta’ produzzjoni u jkollu aċċess għal kull parir relatat li jista jkun utili ghall-bdiewa.  Fuq kollox dan jorbot biex il-bidwi u raħħal ikunu konformi mar-regoli tal-UE. Din il-mizura għandha €3 Miljun li €2.25 miljun minnhom ġejjin mill-Unjoni Ewropeja filwaqt li €750,000 ġejjin mill-Gvern Malti.
Il-Ministru Pullicino spjega li din il-miżuragħandha l-iskop li tgħin lill-bdiewa jagħmlu użu mill-Fergħa tal-Pariri Tekniċi (Farm Advisory Service),fuq numru ta’ prinċipji, prinċiparjament li tgħin u tinkoraġġixxi lill-bdiewa biex jagħmlu użu minn din il-fergħa, tgħin fin-nefqa għal spejjeż tal-pariri li jingħataw. Ittejjeb l-effiċċjenza fuq il-farm, tizdiet il-vijabilita’,tgħin lill-bdiewa ikunu konformi ma standards ġodda ta’ ħarsien tal-ambjent, sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll standards marbuta mal-iġene u s-saħħa tal-annimali.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said sostna li din il-miżura tindirizza l-bżonn li l-azjendi agrikoli Maltin għandhom biex itejbu l-operat tagħhom ħalli b’hekk ikunu jistgħu ilaħħqu ma’ żviluppi u tekniċi ġodda li jżidu kemm l-effiċjenza kif ukoll il-vijabilita’ ekonomika. Dan iwassal għal tkabbir fil-kompetittivita fl-agrikoltura Maltija.  Hemm il-ħtieġa li l-bdiewa jibdew jadattaw il-prattiċi tagħhom biex jibdew jimxu ma’ standards ġodda ta’ ħarsien tal-ambjent, sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, indafa u kura tal-annimali. Waħda mill-għanijiet tal-miżura hi li tgħin lil bdiewa biex jagħmlu użu minn prattiċi sostenibbli sabiex innaqsu l-impatt tal-agrikoltura fuq l-ambjent temm jgħid l-Onor. Said
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow