Left arrow Mur Lura

FERGĦA ĠDIDA TA’ BANIF F’GĦAWDEX

PR0475
Date Icon 18/03/2009
Il-Banif Bank fetaħ l-ewwel fergħa tiegħuf’Għawdex. L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, inawgurat din il-fergħa ġdida li tinsab fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat.
Il-Bank Banif fetaħ l-ewwel fergħa tiegħuf’Malta f’Jannar tal-2008 u minn dakinhar infetħu tliet fergħat oħra biex joffru s-servizzi ta’ dan il-bank f’Malta. L-interess mill-pubbliku Għawdxi wassal biex il-Bank jiddeċiedi li jespandi l-operat tiegħu anke fil-gżira ta’ Għawdex.
‘Barra s-servizz miżjud li dan il-Bank serikun qed joffri fis-settur finanzjarju f’Għawdex, din id-deċiżjoni fissret ukoll ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’din il-gżira.’ Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, waqt li kienet qed tinawgura din il-fergħa. Hija żiedet tgħid li din l-okkażjoni għandha sinifikat ieħor importanti meta wieħed jikkunsidraha fil-kuntest tax-xenarju li minnu għaddejja l-ekonomija dinjija fil-preżent. Il-fiduċja li qiegħed juri dan il-Bank permezz tal-ftuħ tal-fergħa tiegħu f’Għawdex, huwa fattur inkoraġġanti li jikkontribwixxi biex jiġu megħluba l-isfidi kkawżati minn din il-kriżi. Il-Ministru spjegat kif l-għaqal u l-bżulija tal-poplu Għawdxi flimkien mal-pjanijiet tal-Gvern għal Għawdex, iridu jwasslu biex il-kwalità tal-ħajja fuq il-gżira tibqa’ tiġi mtejba.
Iċ-Chairman ta’ Banif Bank, is-Sur JosephSammut, li kien ukoll preżenti għal din l-inawgurazzjoni, fisser kif dan il-Bank kabbar l-operat tiegħu matul is-snin li ilu mwaqqaf f’Malta. Huwa qal li l-bank huwa sodisfatt ħafna bir-riżultati miksuba minnu f’dawn l-aħħar xhur. Żied jgħid li r-rispons tal-klijenti għas-servizzi u l-prodotti innovattivi offruti mill-Banif kien inkoraġġanti ħafna fl-ambitu tas-sitwazzjoni internazzjonali. Is-Sur Sammut kompla billi qal li d-depożitanti u dawk li qed ifittxu xi kreditu għandhom joqogħdu aktar attenti u dejjem ifittxu opinjoni oħra. Saħaq li l-oġġettiv tal-bank huwa li jkun alternattiva fis-suq lokali u nemmnu li aħna nistgħu noffru aktar valur lill-klijenti tagħna’.
Banif joffri servizz personalizzat permezz ta’numru ta’ prodotti finanzjarji mfassla fuq il-ħtiġiet personali u kummerċjali tal-klijenti tagħhom. Minbarra kontijiet bankarji għat-tifdil joffru wkoll faċilitajiet ta’ self għal xiri ta’ djar u servizzi bankarji mfassla biex jaqdu l-esiġenzi ta’ negozji u intrapriżi kummerċjali. Kelliemi għal Bank qal li l-operat tal-Bank hu intenzjonat li jżomm kuntatt dirett u regolari mal-klijenti tiegħu permezz ta’ uffiċjali tar-relazzjoni. Spjega wkoll kif minbarra l-impjegati tiegħu f’Għawdex il-Bank iħaddem impjegati oħra Għawdxin f’Malta.
Il-fergħa ġdida ta’ Banif tbierket mill-MonsAnton Borg u għaliha attendew ukoll fost l-oħrajn, il-Kap Eżekuttiv ta’ Banif, is-Sur Joaquim Silva Pinto, il-Kap tal-Operazzjonijiet is-Sur Nuno Martins, il-Bord tad-Diretturi tal-Bank u s-Sur Robert Tabone, Sindku tar-Rabat, Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow