JINSAB FI STADJU AVVANZAT IX-XOGĦOL TA’ RESTAWR FUQ IL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI
PR0473
18/03/2009
| Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali George Pullicino żar ix-xogħlijiet ta’ restawr li jinsabu għaddejjin fil-Bibljoteka Nazzjonali, liema xogħol prinċipali ta’ restawr jinkludi l-faċċata kollha tal-bibljoteka u l-arkati ta’ taħtha. L-arkati ta’ isfel huma prattikament lesti kollha, u qiegħed fi stadju avvanzat ix-xogħol fuq il-parti tan-nofs tal-faċċata biex b’hekk ikun konkluż dan il-proġġett ta’ restawr importanti fil-qalba tal-Belt Valletta. |
| Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-Periti | konċernati, il-ħaddiema tat-taqsima tar-restawr u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport li qed jgħinu wkoll fil-finanzjament ta’ dan il-proġett. Ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq din il-faċċata kienu importanti minħabba ammont sostanzjali ta’ deterjorazzjoni fil-ġebla prinċiparjament minħabba l-espożizzjoni kontinwa ta’ din il-binja għall-elementi naturali kemm għax-xita, għax-xemx u għar-riħ. Ċertu ħsara fil-ġebla saret ukoll minħabba l-użu ta’ clips tal-ħadid u msiemer. L-interventi kienu jinkludu tindif u restawr fuq il-ġebla, tindif u restawr tal-kolonni, tibdil ta’ ġebel li kien deterjorat, trattament tar-railings u l-aperturi tal-ħadid flimkien ma’ tindif u lostru fuq xogħolijiet fl-irħam. |
| Il-Ministru Pullicino qal li l-Ministeru qiegħed | jiffoka ħafna fuq il-belt kapitali. Il-mira hija li nkunu rrestawrajna 4 mill-ġojjelli ta’ din il-belt. Issa li x-xoghol tal-bibljoteka kważi lest, se jinbeda x-xogħol fuq il-binja tal-palazz maestuż tal-President, fil-ġimgħat li ġejjin se jinbdew ukoll ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq it-tliet faċċati ta’ Kastilja kif ukoll jinsabu għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq in-naħa ta’ barra tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Hawnhekk dalwaqt ser tinbeda t-tielet fażi wara li l-ewwel saret in-naħa ta’ Triq Merkanti, qed issir il-parti ta’ quddiem il-qorti, filwaqt li se jibdew ukoll ir-restawr u t-tindif fuq in-naħa ta’ Triq Santa Luċija. |
| Il-Ministru Pullicino temm jgħid li dan | il-proġett qed ikompli jikkumplimenta x-xogħlijiet ta’ restawr li kontinwament qegħdin isiru fil-Belt Kapitali. Proġġett maġġuri ta’ restawr li qed isir fil-Belt Kapitali huwa bla dubju ta’ xejn l-interventi fuq is-swar li jdawru l-Belt. Is-Swar ta’ Santa Barrara jinsabu fi stadju avvanzat filwaqt li għaddejjin il-preparamenti meħtieġa sabiex jinbeda l-proġett ta’ restawr ta’ 6km ta’ swar fil-Birgu, l-Mdina, iċ-Ċittadella (Għawdex) u l-Belt Valletta. Dan il-proġett għandu investiment ta’ €36 Miljun taħt il-European Regional Fund. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984