STQARRIJA MILL-MANAGEMENT TAL-ISPTAR MATER DEI
PR0472
18/03/2009
| Il-Management tal-isptar Mater Dei jirreferi | għal dak li qal l-Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni dwar appuntamenti fl-Outpatients. L-appuntamenti tal-Outpatients ma jingħatawx kollha fl-istess ħin. F’dawn l-aħħar xhur, l-istaff ikkonċernat ħadem biex jiżdied in-numru totali tal-appuntamenti tal-Outpatients sabiex jinqdew aktar pazjenti u jiċkienu l-waiting lists. Fil-fatt, bħalissa qed isiru 1300 viżta tal-Outpatients kuljum fl-isptar Mater Dei. Minn dawn il-1300 pazjent, ovvjament numru minnhom se jkollhom appuntament fl-istess ħin, iżda dawn ikunu appuntamenti ma’ tobba differenti. |
| Ta’ min ifakkar li l-konsulenti jkollhom | numru ta’ tobba speċjalisti oħra jaħdmu magħhom u għalhekk dawn ikunu jistgħu jaraw numru ta’ pazjenti fl-istess ħin. |
| L-istaff responsabbli għall-għoti | tal-appuntamenti fl-isptar Mater Dei għamlu stqarrija bil-miktub lill-Management tal-isptar Mater Dei llum l-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2009, f’liema stqarrija ddikjaraw li għal darb’oħra vverifkaw li l-appuntamenti tal-Outpatient clinics kollha, kemm dawk New Case u Follow-Up, huma staggered, u li fl-ebda clinic ma jingħataw l-appuntamenti kollha fl-istess ħin, iżda. Dan jgħodd kemm għall-appuntamenti ta’ filgħodu, kif ukoll dawk ta’ wara nofs in-nhar. Dan l-istat ta’ fatt jixduh ukoll l-Outpatients Booking Templates tas-sistema elettronika miżmuma fil-kompjuters tal-isptar, kif ukoll il-Clinics Appointments Lists infushom. |
| Għaldaqstant l-allegazzjoni li l-pazjenti | kollha li jmorru l-Outpatients ilkoll jingħataw appuntament fl-istess ħin hi infondata. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984