ŻJARA MILL-ONOR. CHRIS SAID FIS-SIT TAL-KATAKOMBI TA’ BISTRA
PR0471
18/03/2009
| “Biex insalvaw u nieħdu vantaġġ | mill-potenzjal tas-siti storiċi tagħna huwa importanti ħafna li l-Gvern Lokali jaħdem mal-entitajiet pubbliċi li huma responsabbli mill-wirt kulturali”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni waqt żjara li għamel fis-sit tal-Katakombi ta’ Bistra fil-Mosta biex jara x-xogħol li għaddej fuq is-sit u fuq iċ-ċentru għall-viżitaturili qed jinbena għal miegħu. |
| Hu essenzjali li siti ta’ wirt | storiku u kulturali, u ta’ valur arkitettoniku li jinsabu fil-lokalitajiet tagħna, intuhom l-attenzjoni li tixirqilhom. “F’dan il-każ partikolari nara li dan is-sit anke npoġġuh fuq livell ta’ importanza nazzjonali għax tassew jimmerita li jiġi promoss”, stqarr Chris Said. Il-Kunsill Lokali tal-Mosta kien għaqli li daħal f’kollaborazzjoni mal-aġenzija Heritage Malta, li hija s-sid legali tas-siti arkeoloġiċi f’Malta, għall-konservazzjoni u l-immaniġjar bi sħab ta’ dan is-sit. Is-Segretarju Parlamentari għamel referenza għall-kunċett tal-‘Guardianship deed’taħt l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, fejn proprjeta` kulturali tal-Gvern tista’ tgħaddi għand Kunsilli Lokali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi biex ikollhom il-kustodja tal-post u jamministrawh. |
| Din l-inizjattiva laqqgħet | lill-Kunsill Lokali tal-Mosta u Heritage Malta bi sħab mal-Comune di Ragusa u s-Sovrintendenza per i Beni Culturali ed Ambientali di Ragusa fi proġett li bbenefika minn fondi li jammontaw għal €320,000 taħt il-Programm Interreg IIIA. Dr Said aċċenna l-importanza tan-networking bejn imsieħba minn pajjiżi differenti. |
| Il-proġett bl-isem ta’ | Cultexchange qed jindirizza ħidma favur l-aċċessibilita` u t-titjib ta’ dan il-monument arkeoloġiku, għat-tgawdija tal-viżitaturi u tal-ġenerazzjonijiet futuri. Qed jitħejjew żoni ta’ mistrieħ, information stands, u studji minn riċerkaturi biex jitħejja rapport għar-restawr tas-sit. Qabel ma ngħataw dawn il-fondi, is-sit kien fi stat ta’ telqa u abbandun u għalhekk kien qed jiddeterjora b’mod estensiv. Bl-għajnuna tal-proġett mhux biss twaqqfet din id-deterjorazzjoni iżda s-sit qed jerga’ jieħu l-ħajja mill-ġdid. |
| Il-baċir tal-Mediterran hu | mogħni b’wirt kulturali u storiku li kultant mhux apprezzat biżżejjed. Il-politika kulturali Ewropea u b’mod partikolari l-Programm Interreg IIIA Italia-Malta għandu l-għan li jsaħħaħ l-identita’ kulturali li tmur lil hinn mill-fruntieri fil-pajjiżi tal-Mediterran – b’hekk dan il-programm offra l-opportunita’ lil Malta li terġa’ ssib mill-ġdid sit arkeoloġiku mitluq u tat opportunita’ għal skambju ta’ esperjenzi kulturali u ta’ riċerka fl-ambitu tal-istudju tal-arkeoloġija Paleo-Kristjana f’żoni li jixxiebħu ġeografikament. |
| Dan is-sit joħloq interess | arkeoloġiku u storiku allura hu anke importanti f’termini ta’ turiżmu kulturali, sostna Chris Said. Is-sit huwa attrazzjoni importanti fil-lokalita’, u għandu jħalli impatt pożittiv fuq il-lokalita’ tal-Mosta għax iservi bħala diversifikazzjoni tal-prodott Malti u ġenerazzjoni ta’ dħul finanzjarju permezz tat-turiżmu intern u estern. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984