Left arrow Mur Lura

Ħidma biex ikun attirat aktar investiment lejn Malta

PR0465
Date Icon 17/03/2009
Waqt mawra fi Praga, il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech iltaqa’ mal-Ministru tal-Finanzi Ċek, Miroslav Kalousek u mal-Viċi-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ Milan Hovorka, fejn iddiskutew uħud mit-temi ewlenin fuq l-aġenda tal-Presidenza Ċeka tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Fenech iddeskriva l-laqgħat bħala mill-aktar kordjali li fihom setgħu jitqajmu numru ta’ punti ta’ interess għal pajjiżna. Fost it-temi diskussi kien hemm is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja internazzjonali, u l-ħidma biex tkun rilanċjata l-ekonomija Ewropea kif ukoll opportunitajiet ta’ investiment bejn iż-żewġ pajjiżi.
Intant, illum il-Ministru Fenech indirizza wkollnumru ta’ rappreżentanti tal-komunità kummerċjali Ċeka waqt forum organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka u l-Malta Enterprise. Dan il-Forum qed jigi organizzat fil-konfini ta’ mawra ta’ delegazzjoni kummercjali lejn ir-Repubblika Ċeka immexxija mill-Malta Enterprise. Il-Ministru Fenech tkellem dwar il-vantaġġi li toffri Malta f’numru ta’ oqsma, fosthom pożizzjoni ġeografikament strateġika, livelli ta’ edukazzjoni u kura tas-saħħa mill-aqwa, disponibbiltà ta’ struttura tal-ICT fost l-aqwa fl-Ewropa u fuq kollox ħaddiema kapaċi u flessibbli.
Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru tkellem dwarl-espansjoni tas-setturi tal-ICT u tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna u l-bidliet li għadda minnhom pajjiżna biex minn wieħed li jiddependi fuq l-industrija low-cost u labour-intensive ittrasformat ruħha f’waħda li tfittex opportunitajiet li jġibu magħhom valur miżjud u li huma bbażati fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-Ministru Fenech spjega kif pajjiżna mhux biss irnexxielu jsostni l-intrapriżi tal-manifattura li twaqqfu f’Malta iżda identifika wkoll opportunitajiet ġodda, bħas-settur tal-farmaċewtika, is-servizzi tal-avjazzjoni u s-settur tal-komponenti elettroniċi li ħadu post is-settur tat-tessuti.
“Quddiem kriżi ekonomika internazzjonali,il-Gvern qed jaħdem biex iħares l-impjiegi eżistenti u jattira opportunitajiet ġodda. Għal dan l-għan, il-Malta Enterprise qed tintensifika l-ħidma tagħha biex torganizza avvenimenti fejn tispjega l-opportunitajiet li joffri pajjiżna filwaqt li negozjanti Maltin jesploraw il-possibbiltà li jespandu n-negozju tagħhom barra minn xtutna jew jissieħbu ma’ msieħba kummerċjali barranin.”
F’din id-delegazzjoni hemm madwar 20 kumpanijali aċċettaw stedina tal-Malta Enterprise li jattendu għal preżentazzjonijiet mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika Ċeka, mill-aġenzija CzechInvest dwar opportunitajiet ta’ investiment f’dan il-pajjiż u mill-Kamra tal-Kummerċ. Għaddejjin ukoll numru ta’ laqgħat bilaterali bejn kumpaniji Ċeki u dawk Maltin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow