ĦIDMA KONTINWA LEJN OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL KULĦADD
PR0462
17/03/2009
| Diskors tal-Onor John Dalli, | Ministru għall-Politika Soċjali waqt il-konferenza stampa dwar ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’(KNPD) – Santa Venera – It-Tlieta, 17 ta’ Marzu 2009 |
| Ħa nibda mill-aħħar | tal-preżentazzjoni u nistqarr li wieħed mill-aktar punti pożittivi li laqtuni kien li l-ħidma sostanzjali tal-KNPD saret minn team ta’ nies li fil-maġġoranza tagħhom għandhom diżabilità, u f’xi każi diżabilità severa. Dan waħdu jixhed il-fatt li l-KNPD huwa post ta' xogħol li jservi ta' mudell ta’ prattika tajba f’dak li hu l-impjieg tal-persuni b’diżabilità. |
| Sfortunatment għadhom jeżistu | preġudizzji u sterjotipi negattivi ħafna fejn jidħol il-qasam tal-impjieg u l-persuni b’diżabilità. Dan joħroġ ċar mill-figuri ta’ persuni b’diżabilità li jsibu impjieg siewi u permanenti. Il-maġġoranza tal-persuni b’diżabilità, jekk isibu x-xogħol, ħafna drabi jkun ta’ livell baxx u ta’ natura temporanja. Ħafna employers jibżgħu jinvestu f’impjegati b’diżabilità għaliex għadhom jemmnu li dawn huma nies inqas kapaċi, li jieħdu hafna sick leave, jew li għandhom bżonn arrangamenti fuq il-post tax-xogħol li jkunu jqumu ħafna flus. |
| Imma l-esperjenza tal-KNPD turi | li dan mhux minnu. Jien infurmat li l-maġġoranza assoluta ta’ ħaddiem fi ħdan il-KNPD m’għandhomx bżonn addattamenti komplikati, jew ta’ ħruġ finanzjarju għoli. Il-maġġoranza ma jieħdux sick leave aktar minn sħabhom bla diżabilità. Fl-aħħar, joħrog ċar, li meta fuq il-post tax-xogħol ikun hemm sapport addattat u flessibilità persuni b’diżabilità jistgħu jkunu produttivi daqs ħaddiema oħra bla diżabilità. Għalhekk, inħeġġeġ lill-employers biex jitgħallmu mill-esperjenza tal-KNPD u fejn meħtieġ anki jitolbuhom parir. |
| Is-sena 2008 tidher li reġgħet | irreġistrat żieda sostanzjali kważi f'kull servizz li toffri l-Kummissjoni għajr xi eċċezzjonijiet. |
| Fl-aħħar tal-2008 il-KNPD | reġgħet rebħet €200,000 mill-fondi tal-Unjoni Ewropea biex tittella’ kampanja ta' għarfien, dwar kull parti ta’ diskriminazzjoni. Din se tkun mifruxa fuq sena u jien kelli l-opportunità li attendejt għall-bidu taghha li ħabtet propju fil-Ġimgħa tal-Persuni b'Diżabilità f’Diċembru tal-2008. |
| Punt pożittiv ħafna kien li | fl-2008 il-Gvern żied il-baġit tal-Kummissjoni bi €42,000. Din iż-żieda kienet marbuta mat-tkabbir tas-Servizz Għajnuniet Speċjali, li joffri għajnuna finanzjarja fix-xiri ta’ apparat biex jgħin lill-persuni b’diżabilità jtejbu l-kwalità ta’ ħajja tagħhom. Din iż-żieda tfisser li l-istennija għal dan is-servizz naqas sostanzjalment u hekk inqdew aktar nies. Ukoll permezz ta’ din iż-żieda l-Kummissjoni setgħet tgħin aktar finanzjarjament meta l-apparat konċernat jiswa aktar flus. |
| B’sodisfazzjon ninnota li | fl-2008 bdiet il-ħidma biex ħolma oħra tal-KNPD ssir realtà. Din hi l-bini ta' Ċentru li għandu bħala għan li jkattar l-indipendenza tal-persuni b’dizabilità billi jingħataw pariri, jsiru assessments, jingħata taħriġ u anki jsiru provi fuq apparat li jgħin lill-persuna b’diżabilità timmassimizza l-potenzjal tagħha. |
| Sfortunatment sal-lum ħafna minn | din il-ħidma jew ma ssirx b’konsegwenza li mhux dejjem jinxtara l-aħjar apparat, jew inkella l-klijent ikollu jsiefer biex jakkwista dan is-servizz, l-aktar fejn tidħol l-assessment ta’ apparat. Dan jinkludi l-assessment biex persuna b’diżabilità fiżika tkun tista’ ssuq karozza modifikata skont il-bzonnijiet individwali tagħha, imma ukoll b’mod sigur għaliha u għall-oħrajn. |
| Dan il-proġett se jinkludi mhux | biss il-bini u attrezzament ta’ Taqsima Ħajja Indipendenti tal-KNPD, imma jkopri wkoll it-taħriġ tal-ħaddiema li se jkunu qed jagħtu sehemhom fih. Tajjeb li wieħed jinnota li dawn iż-żewġ proġetti, għal bini u xiri t’apparat, kif ukoll it-taħriġ tal-ħaddiema, se jkunu ffinanzjati minn fondi mill-Unjoni Ewropea li KNPD irnexxielha tattira matul l-aħħar sena. |
| Kif ħafna jafu, fl-2007 in-Nazzjonijiet Uniti | daħħlet fis-sehh il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, kif ukoll Protokoll Mhux Obbligatorju. Fl-istess sena Malta kienet waħda mill-ewwel firmatarji ta’ din il-Konvenvjoni u Protokoll. Għaldaqstant biex dawn jidħlu fis-seħħ f’pajjiżna l-ewwel irridu nirratifikaw il-Konvenzjoni. |
| Biex dan ikun jista’ jsir | bl-aktar mod effiċjenti u fl-iqsar żmien possibbli, is-sena li għaddiet il-Gvern beda ħidma b’impenn billi waqqaf Kumitat Inter-Ministerjali taħt id-direzzjoni tal-Ministeru tiegħi, biex flimkien niddentifikaw eżatt x’irid isr (per ezempju, x’bidliet iridu jsiru fil-liġijiet lokali) biex din il-Konvenzjoni tkun tista’ tigi rratifikata. Dan il-Kumitat wasal biex itemm il-ħidma tiegħu u għalhekk nittama li dan il-proċess kollu jintemm malajr u li Malta tkun tista’ tirratifika l-Konvenzjoni u l-Protokoll fis-sena 2009. |
| Bdejt billi semmejt il-qasam | tax-xogħol u nħoss li hu xieraq li nerġa’ niffoka fuq dan il-qasam fil-konkluzjoni tiegħi. Fl-1994 il-KNPD kienet ippubblikat Politika Nazzjonali dwar l-Impjiegi. Minn dak iż-żmien ’l hawn saru żviluppi importanti f’dan il-qasam. |
| Għalhekk inħass il-bżonn li dan | id-dokument jiġi rivedut. Fl-2008 ingħata bidu għall-proċess biex issir din ir-reviżjoni u jien infurmat li sa l-aħħar ta’ din is-sena l-KNPD għandha toħroġ b’Politika Nazzjonali dwar l-Impjiegi li tkun aktar aġġornata maż-żminijiet tal-lum. |
| Filwaqt li nisperaw li din | il-Politika Nazzjonali, flimkien mal-proċess ta’ diskussjoni pubblika li għandu jakkumpanjah, iservu ta' xprun biex aktar persuni b'diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol, irridu nifhmu li biex dan verament iseħħ, kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu. |
| Bħalissa, minkejja | l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ edukazzjoni inklussiva fl-1994 u minkejja ’l bidla fl-attitudini fejn illum nippretendu li persuna b’diżabilità għandha dritt li tingħata l-opportunità li ssib xogħol siewi, sfortunatament dan għadu mhux qed iseħħ f’numri li jagħmlu differenza. |
| L-maġġoranza t’adulti u żgħażagħ b’diżabilità | għadhom qed isibuha diffiċli ħafna biex isibu u jżommu impjieg produttiv. L-aspettativi tal-ġenituri u t’uliedhom b’diżabilità hu li dawn tal-aħħar kapaċi u jridu jaħdmu. |
| Hija r-responsabilità tagħna lkoll li nassiguraw | li l-aspettativi ta’ dawn iż-żgħażagħ tagħna ma jisfawx fix-xejn. Matul l-2008 irridu naraw il-bidu ta’ ħidma koordinata bejn il-KNPD, l-ETC, l-unions u l-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem biex flimkien niddentifikaw l-ostakli li qed ixekklu l-impjieg tal-persuni b’diżabilità u flimkien naħdmu strateġija li tindirizza dawn il-preokkupazzjonijiet b’mod konkret. |
| F’Ottubru 2008, rat ukoll l-ħatra | ta’ bord ġdid tal-Kummissjoni. Il-bord hu iżgħar minn ta’ qabel però b’numru qawwi ta’ persuni b’diżabilità u ġenituri tagħhom. Dan jassigura li d-deċiżjonijiet jkunu aktar iffukkati u eqreb lejn il-bżonnijiet veri ta’ dan is-settur. |
| Nieħu din l-okkażjoni biex | inħeġġeġ lil dan il-bord, kemm dawk li ġew ikkonfermati kif ukoll dawk ġodda, biex ikomplu bil-ħidma tagħhom ħalli l-KNPD tibqa’ tagħmel differenza pożitiva fil-ħajja tal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. Irridu wkoll nirringrazzjahom b’aktar qawwa għax il-membri tal-bord tal-Kummissjoni jagħmlu din il-ħidma b’mod kompletament volontarju. Grazzi mill-qalb. Nirringrazzja u nsellem ukoll lill-membri tal-bord preċedenti kollha li taw s-sehem siewi tagħhom matul is-snin biex il-Kummissjoni hi dik li hi llum. |
| Meta wieħed jara minn fejn | telqgħet il-Kummissjoni aktar minn 21 sena ilu, żgur li wieħed jirrealizza li sar progress sostanzjali. Forsi mhux daqskemm jixtiequ l-persuni b’diżabilità u l-anqas daqskemm nixtiequ aħna. Però importanti li din il-ħidma tkompli bl-appoġġ ta’ kulħadd. L-appoġġ tal-Ministeru tiegħi żgur li jkompli u nagħmel ħilti biex ikun il-massimu possibbli. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984