Left arrow Mur Lura

ERBA’ KUMPANNIJI SE JINGĦATAW GĦAJNUNA FINANZJARJA MILL-FILM FUND

PR0461
Date Icon 17/03/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport, Dolores Cristina dal-għodu ħabbret l-erba’ organizazzjonijiet li se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-Film Fund biex jipproduċu film qasir jew dokumentarji.
Is-sena li għaddiet il-Ministerutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport nieda il-Malta Film Fund bl-iskop li tkun inkoraġġita l-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjo-viżivi u b’mod partikolari l-films qosra u dokumentarji.  Il-Ministeru jemmen bil-qawwa kollha li għandu joħloq opportunitajiet li jgħinu fl-iżvilupp ta’ industrja awdjo-viżiva indiġena filwaqt li tgħin lill-produtturi lokali.
Il-Gvern ivvota Euro 223,000 għal dan il-fond,li għalkemm m’hix xi somma kbira turi r-rieda tal-Gvern li jgħin fl-iżvilupp ta’ industrja tal-films professjonali.
Mill-applikazzjoni li kien hemm u l-interess lintwera, jidher ċar li fil-pajjiż hawn talent emerġenti f’dan il-qasam u hawn ukoll ħafna entużjażmu biex jinħoloq xogħol oriġinali.  Jekk bħala pajjiż irridu nżommu r-reputazzjoni tagħna bħala destinazzjoni għall-ġbid tal-films, allura l-iżvilupp tal-industrja lokali tal-films u t-taħriġ professjonali tan-nies tagħna, huma essenzjali.
F’attivita’ li saret fil-Kavallier ta’ SanĠakbu, il-Ministru Cristina qalet li dawk kollha involuti f’dan il-qasam iridu jaħdmu biex joħolqu ambjent favorevoli biex l-industrja tkun tista’ tiffoka fuq il-ħolqien ta’ films lokali.
It-twaqqif ta’ dan il-Fond kien l-ewwel passf’din id-direzzjoni. Il-unit Kulturali u AwdjoViżwali tal-Ministeru, l-EU Media Desk, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-Malta Film Commission qed jaħdmu flimkien biex jassiguraw li jinħolqu aktar inizjattivi f’dan il-qasam.
Jekkil-kumpaniji Maltin ikomplu jtejjbu l-kwalitajiet tagħhom, isiru aktar kompetittivi u jkollhom aċċess aħjar għal fondi Ewropej bħal dawk offruti mill-Media Programme tal-Unjoni Ewropea li jilħaq l-industrja awdjo-viżiva Ewropea.
Dinis-sena l-Ministeru rċieva 15-il applikazzjoni minn daqstant kumpanniji reġistrati f’Malta. Waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma kinitx eliġibbli.  Kien hemm applikazzjoni biex ikun żviluppat film qasir u tlett applikazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ films qosra. Kien hemm applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ dokumentarju u 10 applikazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ dokumentarji.  It-total ta’ flus mitluba għal dawn l-applikazzjonijiet kollha flimkien kien jammonta għal Ewro 600,000.
L-applikazzjonijiet validi kienu evalwati minngrupp ta’ erba’ persuni li kienu magħżula  fuq l-integrita’ u l-esperjenza nazzjonali jew internazzjonali tagħhom fil-qasam tal-films qosra u dokumentarji.  Dan il-grupp ra l-applikazzjonijiet kollha skond il-gwida tal-Film Fund li jelenka l-kriterji tal-għażla fosthom ir-rilevanza kulturali u kreattiva’ tal-proġett, il-kwalita’ u l-esperjenza tal-kumpanija, marketing u distribuzzjoni.  Il-ġurija  għamlet lista tal-proposti skond il-mertu u rrakkomandat erba’ proġetti biex jingħataw l-għajnuna.
Dawnil-proġetti, tliet dokumentarji u film qasir li t-temi tagħhom ivarja ħafna minn xulxin u li l-viżwali tagħhom jirrifletti l-kreattivita’ u l-professjonalita involuti.
Billi din hi s-sena dedikata għall-Kreattivita’u l-Innovazzjoni, il-Ministeru ħaseb li jkun xieraq li jagħti l-fondi għal dawn l-erba’ proġetti awdjo-viżivi li fil-fehma tal-ġurija, jippromettu ħafna.
Il-Ministru Cristina ħabbret li l-proġettimagħżula huma:
Hamlet of Straight Street- film qasir ta’ Lighthouse Communications
Dear Dom– dokumentarju ta’ Falkun Film Productions
The Simshar Tragedy– dokumentarju ta’ WE Productions
Reefs for the Future– dokumentarju ta’ MPS Picture Box
Dawkil-proġetti li ma ntgħażlux ma’ dawn l-erba’, l-applikanti kollha qed jingħataw l-opportunita’ li jiltaqgħu ma’ dawk li evalwaw il-proġetti biex jiddiskutu s-sottomissjonijiet tagħhom.  Barra minn dan, il-lum stess, sar seminar ta’ nofs ta’ nhar dwar Dokumentarji u Films Qosra li fih se jkunu spjegati l-kwalitajiet u d-defiċjenzi tal-proġetti sottomessi.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport qalet li rridu nkomplu ninkoraġixxu lil dawk involuti f’dan il-qasam biex ikomplu bl-iżvilupp professjonali tagħhom billi jkomplu jistudjaw u jesponu ruħhom anke għal esperjenzi internazzjonali.  Din is-sena, numru ta’ Maltin intgħażlu biex imorru korsijiet ta’ taħriġ f’diversi pajjiżi Ewropej li jgħinuhom ikabbru l-kompetenza professjonali tagħhom fis-suq internazzjonali.  Hu importanti li l-produtturi u d-diretturi Maltin jagħmlu kuntatti u jikkollaboraw ma’ professjonisti oħra anke barra l-pajjiż.
Il-Ministru ferħet lill-applikanti li kellhomsuċċess u awguratilhom għall-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom. Irringrazzjat lil Prof. Brian Winston, Agnes Havas, lill-Prof. Gloria Lauri Lucente u lil Fr. Joe Borg li evalwaw dawn il-proġetti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow