Left arrow Mur Lura

SEMINAR DWAR PROGRAMMI TA’ FONDI TAL-UE RELATATI MAL-UŻU TAL-ENERĠIJA

PR0460
Date Icon 17/03/2009
F’seminar dwaril-Programmi ta’ Fondi tal-Unjoni Ewropea relatati mal-użu effiċjenti tal-enerġija, li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-Kunsilli Lokali, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, tkellem dwar l-importanza li l-Kunsilli Lokali jilħqu l-miri ta’ lokalitajiet sostenibbli fl-applikazzjonijiet li jissottomettu permezz ta’ programmi tal-Unjoni Ewropea ibbażati fuq il-prinċipji ta’ sostenibilita’. Is-seminar huwa relevanti għax qed jindirizza tema relatata ma’ dan il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli.
“Huwa minnu li l-Ewropa qedtiffaċja sfidi relatati mat-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Madankollu ma jeżistux sfidi biss, imma rridu nitkellmu wkoll u nenfasizzaw l-opportunitajiet li jeżistu biex nadattaw għal tibdil fil-klima. Investiment fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fl-infrastruttura jgħinu biex jindirizzaw l-isfidi ambjentali. Miżuri u azzjonijiet  ta’ prevenzjoni ppjanati tajjeb huma ta’ piż finanzjarju inqas u jirrendu iktar mill-prezz li jkollna nħallsu jekk ma nieħdux azzjoni issa”, sostna Chris Said.
Din li hija s-Sena Ewropeagħall-Kreattivita’ u l-Innovazzjoni qed  iġġiegħlna nenfasizzaw l-importanza ta' soluzzjonijiet innovattivi f’diversi oqsma bħall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l-Kunsilli Lokali għandhom jużaw din is-Sena biex jagħrfu x'iridu jġibu għall-aħjar fil-lokalitajiet tagħhom u x’soluzzjonijiet jistgħu ifasslu biex naslu għal komunitajiet sostenibbli. Il-Programm Intelligent Energy Europe joffri l-possibbilita’ li ntejbu l-kwalita’ tal-ħajja fil-lokalitajiet tagħna, u fil-konservazzjoni u l-użu effiċjenti tal-enerġija.
Chris Said għamel referenzagħall-Patt tas-Sindki, fejn il-firmatarji qed jimpenjaw ruħhom sabiex jimxu lil hinn mill-objettivi stipulati mill-Unjoni Ewropea għall-2020 – jiġifieri li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 b’iktar minn 20%, u dan qed jagħmluh permezz ta’ implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli għal dawk l-oqsma relevanti.
F’dan is-seminargħas-Segretarji Ezekuttivi ngħatat ukoll informazzjoni dwar il-Fond ta’ Kofinanzjament għall-proġetti ko-finanzjati mill-UE. Permezz ta’ dan il-Fond, il-Kunsilli Lokali ser ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jaċċessaw u jipparteċipaw fi proġetti Ewropej. Il-Gvern qed jalloka €303,000 bħala għajnuna lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u lit-68 Kunsill Lokali sabiex iħallsu l-parti tagħhom tal-kofinazjament għall-proġetti taħt programmi tal-UE.
Chris Said faħħar ix-xogholsiewi li qed jagħmel il-MEUSAC. Il-Funding Unit tal-MEUSAC qed tipprovdi informazjoni u għajnuna teknika b’xejn biex il-Kunsilli Lokali jisfruttaw aktar u b’mod aħjar l-opportunitajiet ta’ fondi taħt il-programmi tal-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow