STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ZAGHZAGH U SPORTS
PR0458
16/03/2009
| Il-Partit Laburista maqtugħ | mir-realta tal-edukazzjoni f’pajjiżna. |
| Hu evidenti li l-Oppożizzjoni | Laburista u l-kelliem tagħha dwar l-Edukazzjoni, l-Onor Evarist Bartolo huma maqtugħa għal kollox mir-realta ta’ dak li qed jiġri fil-qasam tal-edukazzjoni f’pajjiżna u qed jgħidu affarijiet li ma jikkorrispondux mal-verita’ għax il-fatti juru mod ieħor. |
| Fi stqarrija li ħareġ dwar | ir-Rapport ta’ Sena Ħidma fil-qasam tal-Edukazzjoni, il-kelliem tal-Oppożizzjoni qal li l-għalliema fil-kindergarten, fl-iskejjel primarji u fis-sekondarji mhux jingħataw ir-riżorsi biex jaħdmu u mhux qed ikunu konsultati dwar il-bidliet fl-iskejjel. |
| Dwar ir-riforma mill-Primarja | għas-Sekondarja, saret laqgħa f’kull Kulleġġ li għalihom kienu mistiedna kemm għalliema kif ukoll ġenituri u studenti. Barra minn dan saru laqgħat apposta għall-għalliema f’kull skola u kienu bosta s-suġġerimenti li waslu mill-għalliema li kienu kunsidrati u diskussi magħhom stess. Fil-fatt saru anke laqgħat pesonali ma’ għalliema u staff ieħor li talbu li jagħmlu dan. |
| Evarist Bartolo lmenta wkoll li | l-iskejjel ma kellhomx fondi bizzejjed. Bħas-snin l-imgħoddija l-fondi tqassmu lill-iskejjel kollha bid-differenza li din is-sena ngħataw aktar fondi minn qabel. Infatti filwaqt li s-sena li għaddiet l-iskejjel bejniethom ingħataw is-somma ta’ Ewro 1,088,246 din is-sena ngħataw Ewro 1,332,854 jiġifieri Ewro 244,606 aktar. |
| Biex nagħtu eżempju wieħed biss, | l-iskola Primarja A ta’ San Ġwann fejn hemm 427 student. Din l-iskola din is-sena ngħatat is-somma ta’ Ewro 28,885.68c li mhux talli hi ferm aktar minn Ewro 100 imma anke Ewro 5144.77 aktar mill-flus li l-istess skola ngħatat is-sena li għaddiet. |
| Mhux veru li l-Ministru | tal-Edukazzjoni damet ħames xhur biex tiddeċiedi li l-eżamijiet tal-Junior Lyceum se jsiru. Fil-fatt dawn ħadd qatt ma qal li mhux se jsiru u l-iskejjel komplew bħas-soltu jippreparaw lill-istudenti tagħhom għal dawn l-eżamijiet. Ir-riforma mill-Primarja għas-Sekondarja minn dejjem kienet ċara li għal din is-sena u s-sena d-dieħla l-eżamijiet se jibqgħu kif kienu jsiru sal-lum bid-differenza li dawk l-istudenti li jeħlu minn eżami se jkollhom ċans jagħmlu resit. |
| Il-kelliem tal-Oppożizzjoni qal | ukoll li l-iskejjel għadhom qed jistennew mijiet ta’ xogħlijiet ta’ indafa, sigurta’ u ambjent li jixraq lill-isudenti u l-għalliema. Iżda anke hawn hu żbaljat. Din is-sena saru xogħlijiet ta’ tisbiħ f’aktar minn 27 skola b’nefqa ta’ aktar minn Ewro 600,000. Dan barra minn xogħlijiet regolari oħra li jsiru ta’ kuljum fl-iskejjel tagħna. Barra minn dan, kienu impjegati aktar ħaddiema biex jieħdu ħsieb l-indafa u l-manutenzjoni fl-iskejjel tal-Gvern. |
| Dwar il-problema tal-obeżita | fl-istudenti, l-Onor Bartolo messu jaf li hemm politka dwar dak li għandu jinbiegħ mill-canteens tal-iskejjel. Barra minn dan bħalissa qed isir programm ta’ screening u pariri lit-tfal fis-sekondarja dwar din il-problema u se jibda wkoll il-programm ta’ tqassim ta’ frott frisk fl-iskejjel finanzjat mill-Unjoni Ewropea. |
| Dwar il-kwestjoni tas-sillabi | bħalissa qed issir reviżjoni tal-kurrikulu nazzjonali. Dan hu proċess li jrid jieħu ċertu żmien jekk għandu jsir bis-serjeta’. Qassamna aktar minn 9,769 laptop fl-iskejjel jew lill-għalliema u beda programm fejn qed ikunu ntrodotti l-interactive white boards fl-iskejjel. |
| Jidher li Evarist Bartolo tant | mhux infurmat dwar il-ħidma li qed issir fil-qasam tal-edukazzjoni li anqas jaf li bdiet titħaddem politika biex it-tfal jiksbu l-ħiliet bażiċi fl-Ingliż, il-Malti, il-Matematika u l-użu tal-kompjuters sa minn eta’ bikrija biex ikun assigurat li sakemm jispiċċaw il-primarja jkunu kisbu dawn il-ħiliet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984