PREMJU AMBJENT 2009 – KUNSILL LOKALI IKLIN
PR0457
16/03/2009
| Il-Kunsill | Lokali tal-Iklin nieda l-Premju Ambjent 2009. Waqt din l-attivita`, is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said, feraħ lill-Kunsill tal-Lokalita’ għal inizjattiva li qed tinkoraġġixxi lir-residenti jsiru konxji mill-ħarsien tal-ambjent permezz ta’ kompetizzjonijiet. Chris Said qal li l-Kunsill Lokali tal-Iklin qed iqanqal interess fost ir-resdenti tiegħu fuq tema ta’ relevanza u għal qalb il-Gvern, bir-riżultat li l-komunita’ qed ikollha għarfien akbar dwar kif jipproteġu l-ambjent ta’ madwarhom. |
| Huwa ferm | tajjeb li Kunsilli Lokali jħeġġu lin-nies tal-lokalita’ jipparteċipaw f’attivitajiet li jippromwovu titjib fil-kwalita’ tal-ħajja. Kulħadd japprezza l-kuncett li jkun jgħix f’lokalita’ attraenti, b’arja nadifa u f’ambjent san. Għotjiet ta’ premijiet għall-aħjar front gardens, kif ukoll għall-aħjar galleriji u twieqi mżejna bi pjanti, jgħinu biex jagħtu dehra isbaħ lill-lokalita`. |
| Dott. Said | tkellem dwar il-fatt li din l-inizjattiva tintegra tajjeb fil-viżjoni li għandu l-Gvern għal żvilupp sostenibbli fuq livell lokali. Il-Kunsilli Lokali għandhom ikunu dawk li jmexxu l-proċess għat-tibdil fl-istil ta’ ħajja; ghandu jkollhom ir-rwol ta’ kif għandhom jiġu edukati r-residenti tal-lokalita’ sabiex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. |
| Li l-Kunsill tal-Iklin qed | iniedi wkoll kategorija għall-aħjar idea ambjentali fost ir-residenti u stabbilimenti kummerċjali, li tista’ tiġi implimentata mill-Kunsill Lokali, sostna s-Segretarju Parlamentari, huwa wirja ta’ fiduċja fil-kompetenza tar-residenti għal-lokalita’ attiva fil-ħarsien tal-ambjent. |
| Is-Segretarju Parlamentari | responsabbli mill-Kunsilli Lokali tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ bottom-up approach fejn il-Kunsilli Lokali għandhom ir-responsabilita’ li jaraw li l-ideat tajba li joħorġu mill-pubbliku jiġu implimentati. Is-suċċess ta’ dak li jiksbu l-Kunsilli Lokali għandu jkun imkejjel f’termini ta’ kemm il-Kunsilli jirnexxilhom jinfluenzaw b’mod pożittiv il-ħajja tar-residenti tagħhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari | sostna li l-Kunsilli Lokali ma jistgħux jieqfu biss fi proġetti li jsebbħu d-dehra tal-lokalita’. Għalkemm dawn huma importanti, il-Kunsilli Lokali ghandhom jinkorporaw ukoll aspetti soċjali fil-proġetti taghhom, halli jiżguraw futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet li telgħin u li ġejjin warajna. Dan kollu jsahhah l-identita’ tal-lokalitajiet u jagħmlilhom komunitajiet verament sostenibbli. |
| Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lin-nies biex | ikunu attivi f’inizjattivi għal ħarsien tal-ambjent, u ma jippretendux li għandu jiġi kollox mill-Gvern ċentrali u dak lokali. Huwa semma numru ta’ eżempji ta’ azzjonijiet żgħar imma utli, li kulħadd jista’ jagħmel f’daru stess. |
| Fil-qasam tal-ambjent, il-Gvern | qieghed, fost l-ohrajn, jalloka €50,000 biex jiffinanzja żewġ proġetti pilota dwar żvilupp sostenibbli f’żewġ lokalitajiet. Allokazzjoni oħra ta’ €100,000 qed tmur għal- Local Council Green Challenge Award Scheme. Din l-iskema ser tgħin Kunsilli Lokali li jieħdu inizjattivi sabiex itejbu l-istat tal-ambjent fil-lokalitajiet tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984