Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT TONIO FENECH JAKKUMPANJA DELEGAZZJONI KUMMERĊJALI FI PRAGA

PR0454
Date Icon 16/03/2009
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Praga fejn ser jindirizza liċ-Czech-Maltese Business Forum, organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka flimkien mal-Malta Enterprise. Dan il-Forum qed jigi organizzat fil-konfini ta’ mawra ta’ delegazzjoni kummercjali lejn ir-Repubblika Ceka mmexxija miċ-Chairman Ezekuttiv tal-Malta Enterprise, Alan Camilleri
F’din id-delegazzjoni hemm madwar 20 kumpanijali aċċettaw stedina tal-Malta Enterprise li jattendu għal preżentazzjonijiet mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika Ċeka, mill-aġenzija CzechInvest dwar opportunitajiet ta’ investiment f’dan il-pajjiż u mill-Kamra tal-Kummerċ. Se jsiru wkoll laqgħat bilaterali bejn kumpaniji Ċeki u dawk Maltin.
Dinse tkun opportunità tajba oħra biex negozjanti Maltin jesploraw possibiltajiet ta’ investiment f’dan il-pajjiż u biex negozjanti Ċeki jkunu jafu aktar dwar x’tista’ toffri Malta għan-negozju tagħhom. Filfatt, il-Ministru Tonio Fenech se jkun qed jagħti ħarsa globali lejn il-vantaġġi li toffri Malta għall-investitur, filwaqt li ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Alan Camilleri, se jitkellem dwar l-għajnuna u l-inċentivi offruti mill-Malta Enterprise lil min ikun imħajjar jinvesti f’Malta.
FiPraga, il-Ministru Tonio Fenech se jiltaqa’ wkoll mal-Ministru tal-Finanzi Ċek Miroslav Kalousek. Ir-Repubblika Ċeka bħalissa għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow