Left arrow Mur Lura

Jinħatar l-eżekuttiv il-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

PR0452
Date Icon 15/03/2009
Waqtli kien qed jindirizza l-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li fiha nħatar l-eżekuttiv il-ġdid, s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli qal li l-Gvern u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ għandhom flimkien jaħdmu maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ. Huwa rringrazzja lill-membri li servew fuq l-eżekuttiv matul is-sena li għaddiet u awgura sena ta’ ħidma lill-eżekuttiv il-ġdid.
Clyde Puli offra l-kollaborazzjoni tal-gvern fuqdiversi proġetti li jridu jitwettqu matul is-sena li ġejja fostom il-proġett tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ. Proġett li għandu l-iskop li jkompli jnissel sens akbar ta’ ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ tagħna. Bl-istess mod huwa stieden lill-Kunsill biex ikun sieħeb ewlieni mal-gvern f’diversi proġetti oħra fosthom il-Ġimgħa Nazzjonali għaż-Żgħażagħ li se tkun ibbażata fuq is-suċċess miksub is-sena li għaddiet fl-ewwel edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ.
Is-Segretarju Parlamentari semma li l-PolitikaNazzjonali taż-Żgħażagħ se tkun mnedija sa Lulju li ġej. Dan jista’ jsir wara proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni. Din il-konsultazzjoni saret kemm ma għaqdiet nazzjonali taż-żgħażagħ fosthom il-KNŻ kif ukoll maż-żgħażagħ infushom fil-postijiet ta’ divertiment kif ukoll permezz ta’ l-internet u s-sit popolari ‘Facebook’.
Fl-istess waqt se jitkompla l-proċess biextitwaqqaf Aġenzija taż-Żgħażagħ. Ir-rwol ewlieni ta’ din l-aġenzija se jkun li tassigura li l-proċess tat-tfassil tal-politika kollha tal-Gvern jieħu inkonsiderazzjoni ż-żgħażagħ, l-aspirazzjonijiet tagħhom  u l-perspettiva żagħżugħa.
Clyde Puli temm jgħid li din is-sena se tkunsena oħra mpenjattiva kemm għas-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport kif ukoll għall-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u għaldaqstant awgura li flimkien jistgħu jitfasslu  soluzzjonijiet biex noħolqu futur aħjar għaż-żgħażagħ tagħna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow