L-EWWEL STABBILIMENT TAL-UPIM JIFTAĦ F’GĦAWDEX
PR0450
14/03/2009
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, | inawgurat uffiċjalment l-istabbiliment UPIM f’Għawdex, li hu wkoll l-ewwel stabiliment tal-Upim fil-gżejjer Maltin. Il-ftuħ ta’ dan l-istabiliment rinomat kien possibbli permezz ta’ ftehim ta’ kollaborazzjoni esklussiva li ġie ffirmat bejn kumpanija Maltija ta’ Michele Peresso Group flimkien mal-kumpanija Taljana Upim. Dan il-ftehim ikopri l-ftuħ ta’ erba’ stabbilimenti tal-Upim f’Malta u Għawdex. |
| Fis-snin li ġejjin, il-grupp Michele Peresso ser | ikun qed jinvesti €6 miljun, biex ikunu jistgħu jiġu miftuħa dawn l-istabbilimenti. Huwa maħsub li dawn ser ikunu qed joħolqu madwar 55 opportunitajiet ta’ xogħol ġodda. Għaxra minn dawn l-impjiegi ġew mogħtija lil għaxar impjegati Għawdxin li ser ikunu qed imexxu l-istabbiliment ġdid f’Għawdex. Kienet xewqa ta’ Michele Peresso group u Upim srl li l-impjegati f’Għawdex ikunu residenti Għawdxin. |
| L-Upim ma jinħtieġ l-ebda introduzzjoni ma’ dawk | il-Maltin li xi darba jew oħra żaru l-Italja. L-Upim jirrappreżenta wieħed mill-ismijiet l-aktar popolari fejn għandu x’jaqsam xiri għall-familja kollha. Dan permezz ta’ selezzjoni vasta f’ħames dipartimenti ewlenin li huma dawk li joffru ħwejjeġ għan-nisa, irġiel, tfal, affarijiet għad-dar u fwejjaħ. Dan l-istabbiliment ġdid f’Għawdex jagħmel parti mill-kumpless The Duke li ġie inawgurat riċentament fi triq ir-Repubblika fir-Rabat. |
| Waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ l-istabbiliment | Upim, l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex ferħet lil Upim srl, Michele Peresso Group u Island Developers Ltd għal din l-inizjattiva ġdida tagħhom. Il-Ministru fissret kif investiment minn kumpaniji lokali kif ukoll barranin f’Għawdex ifisser kunfidenza f’pajjiżna. Dan għandu sinifikat akbar fil-kuntest tax-xenarju ekonomiku attwali madwar id-dinja. Il-Ministru Debono qalet kif l-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex kif ukoll l-miżuri favur l-ambjent li qed jiġu meħuda permezz ta’ din l-inizjattiva, isaħħu l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex jiġi kkreat ambjent li jippromwovi żvilupp sostenibbli. Dan jaqbel ukoll ma’ dik li hija l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex li għandha l-għan li tuża l-potenzjal ta’ Għawdex biex dan isir mudell ta’ għixien u żvilupp sostenibbli filwaqt li jiġi mħares l-ambjent. |
| Is-Sur Emanuel Peresso, Kap Eżekuttiv ta’ | Michele Peresso Group, indirizza lil dawk preżenti għall-okkażjoni. Fost affarijiet oħra, is-Sur Peresso emfasizza l-importanza ta’ l-investiment li jagħmlu intrapriżi żgħar u medji speċjalment meta wieħed iqis is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali preżenti. Huwa kkummenta wkoll dwar il-merti li jigwadanjaw kumpaniji li ġejjin minn pajjiżi differenti, permezz ta’ kollaborazzjoni bejniethom. |
| Michele Peresso Group u Upim ser ikunu qed | iqassmu rigali ma’ kull xirja matul l-ewwel ġimgħatejn mill-inawgurazzjoni. Ser ikunu wkoll qed jieħdu inizjattiva favur il-ħarsien ta’ l-ambjent billi jqassmu basktijiet li jkunu jistgħu jerġgħu jiġu użati. Din l-inizjattiva tkompli fuq il-politika tal-Gvern u dik li hija l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex. |
| Upim ser ikunu qed jintroduċu wkoll Loyalty | Card għal klijenti tagħhom sa mill-ewwel ġurnata tal-ftuħ ta’ dan l-istabiliment f’Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984