Left arrow Mur Lura

PREŻENTAZZJONI TA’ LIĊENZJI LIL SPIŻJARA ĠODDA

PR0432
Date Icon 13/03/2009
Din il-ġimgħa, l-Onor. Joe Cassar, SegretarjuParlamentari għas-Saħħa, ippreżenta liċenzji lil 24 spiżjar ġdid. Din l-okkażjoni ġiet organizzata mill-Pharmacy Council.
L-Onor. Cassar indirizza lildawk preżenti:
“Huwa ta’ pjaċir għalija liqed nippreżenta dawn il-liċenzji lill-ispiżjara l-ġodda. Intom deħlin tiffurmaw parti minn professjoni bi storja antika li dejjem kellha rwol importanti għall-qasam tal-kura tas-saħħa u għadha wieħed mill-pilastri ewlenin f’dan il-qasam.
Ir-rwol l-aktar tradizzjonalital-ispiżjar huwa dak li joffri kontribut dirett lill-komunità bħala managing pharmacist, bħala spiżjar tal-komunità kif ukoll bħala spiżjar fl-isptar.Ħafna drabi l-ispiżjar fil-komunità jkun l-ewwel punt ta’ kuntatt għal diversi pazjenti u għalhekk wieħed irid japprezza x-xogħol ta’ dawn. Iżda l-ispiżjar illum evolva u nsibuh jaqdi funzjoni importanti ħafna fis-servizzi tas-saħħa offruti mill-gvern kemm bħala spiżjar fl-isptarijiet kif ukoll fil-qasam regolatorju u fl-oqsma kollha li jiffurmaw il-qasam tas-saħħa. Illum l-ispiżjar għandu wkoll rwol importanti fl-industrija farmaċewtika li kull ma jmur qed tikber kif ukoll fl-importazzjoni tal-mediċini.
Illum l-ispiżjara qedjiffaċċjaw sfidi ġodda bħall-POYCkif ukoll sfidi oħra fir-riċerka u l-iżvilupp u oħrajn fil-qasam regolatorju. L-ispiżjar qed jiffaċċja wkoll sfidi oħra, opportunitajiet u obbligi li nħolqu meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea. Jiena nħeġġikom sabiex tilqgħu dawn l-isfidi u tqisu dawn bħala opportunitajiet biex wieħed jiżviluppa l-professjoni tiegħu biex b’hekk ukoll tkun qed tiżviluppa l-professjoni b’mod ġenerali.
Il-kura tas-saħħa in ġeneraliwkoll qed tiffaċċja sfidi kbar l-aktar fir-rigward tan-nuqqas ta’ professjonisti. Il-professjoni farmaċewtika m’hix eċezzjoni u għalkemm illum għandna quddiemna grupp ta’ spiżjara ġodda għad hemm bżonn ta’ aktar spiżjara sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet tas-suq. Inħeġġiġkom sabiex tkunu ambaxxaturi tajbin għall-professjoni tagħkom biex b’hekk ikun hawn aktar li jitħajru jidħlu għal din il-karriera ħalli dan il-qasam ikun moqdi aħjar.
Filwaqt li nawguralkomgħas-suċċess tagħkom nixtieq nilqagħkom fi ħdan il-qasam tas-saħħa u nfakkarkom li bħala professjonisti aħna lkoll għandna responabbiltà u dover lejn il-pazjent. Il-klijenti tagħna mhumiex klijenti normali iżda pazjenti li qed ibatu u nies vulnerabbli. Għalhekk dawn għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. Mill-ġdid nifirħilkom u nawguralkom kull suċċess fil-karriera tagħkom.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow