STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
PR0430
12/03/2009
| Médecins Sans Frontières tirtira s-servizzi | tagħha miċ-ċentri ta’ detenzjoni |
| Fl-aħħar sigħat, l-organizzazzjoni | non-governattiva medika internazzjonali, Médecins Sans Frontières (MSF) infurmat lill-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern li t-tobba, l-infermiera u l-psikolologu ta’ din l-organizzazzjoni ma kienux ser jibqgħu jaghtu servizzi mediċi essenzjali ta’ rutina fiċ-Centri ta’ Detenzjoni ta’Malta. |
| Fl-aħħar sitt xhur, il-membri ta’ Médecins Sans | Frontières kienu qed jikkumplementaw s-servizzi mediċi li diġà qed joffri l-Gvern f’ dawn iċ-ċentri ta’ detenzjoni. It-tnejn kienu mexjin fl-istess direzzjoni, impenjati li jkomplu jtejjbu s-sitwazzjoni f’dawn iċ-ċentri. Fil-fatt, Médecins Sans Frontières kienet l-ewwel għaqda ta’ dan it-tip li ntrabtet li tgħin bir-riżorsi tagħha ‘on the ground’. |
| Kif | irrikonnoxxiet il- Médecins Sans Frontières stess fl-istess korrispondenza lill-Ministeru, fl-aħħar xhur ġie rreġistrat titjib fil-kundizzjonijiet ġewwa ċ-ċentri bl-isforzi li saru mill-Gvern, kif ukoll grazzi għall-għajnuna mgħotija minn din l-organizazzjoni. |
| F’dan | il-kuntest huwa diffiċli li wieħed jifhem kif Médecins Sans Frontières għażlet li twaqqaf l-impenn li kienet ħadet 6 xhur ilu minflok kompliet il-ħidma valida tagħha biex is-sitwazzjoni fiċ-ċentri ta’ detenzjoni tkompli titjieb. |
| Parti | mis-sitwazzjoni preżenti fiċ-ċentri ta’ detenzjoni hija kkawżata mill-ammont ta’ nies li jinsabu fihom. Madanakollu, l-Ministeru jtenni li l-politika ta’ detenzjoni hi politika li tgħodd għal pajjiżna. Filwaqt li l-Gvern lest li jagħti l-għajnuna li tkun meħtieġa, il-politika tal-Gvern hi wkoll li kif jaslu Malta dawn jittieħdu f’ċentri ta’ detenzjoni għal perjodu stabbilit. Il-Gvern żamm din il-politika minkejja li kien hemm talbiet kuntrarji biex l-immigranti jinħelsu. |
| Dan | l-aħħar infetaħ ċentru ta’ detenzjoni ieħor preċiżament biex jipprovdi kundizzjonijiet aħjar għal dawn in-nies. |
| B’hekk huwa ta’ dispjaċir għall-awtoritajiet | Maltin li MSF iddeċiediet li tieħu din l-azzjoni u ma tkomplix toffri s-servizzi tagħha fejn u meta l-aktar hemm bżonnhom, f’mument fejn hi stess qed tirrikonoxxi t-titjib li sar. |
| Fl-ittra li biha kkomunikat id-deċiżjoni tagħha | MSF qalet li hi impenjata li tkompli żżur immigranti li jaslu Malta u jkunu f’ta’ Kandja u oħrajn f’ċentri oħra fix-xhur li ġejjin. |
| Il-Gvern jibqa’ lest jikkolabora ma’ kull min | jixtieq jippartecipa sabiex is-sitwazzjoni tkompli titjieb. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984